F’Jannar 2022, ġie mniedi programm televiżiv ġdid ta’ informazzjoni u kummentarju bi produzzjoni tal-uffiċċju lokali tal-MPE Alfred Sant u bl-appoġġ tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew. Matul sensiela ta’ 56 programm bejn Jannar 2022 u Marzu 2024, Temi Maltin u Ewropej inkluda diskussjonijiet komprensivi dwar kwistjonijiet Ewropej u Maltin.

Fl-aħħar tliet programmi tas-sensiela, is-suġġetti diskussa kienu l-UE u d-drittijiet tal-ħaddiema, l-irwoli u l-funzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew.

Is-Sur Jesmond Marshall, trejdunjonista u Kandidat Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kien mistieden għall-programm dwar l-UE u d-drittijiet tal-ħaddiema. Id-diskussjoni trattat kwistjonijiet bħall-ħiliet li qed jinbidlu skont il-ħtiġijiet ekonomiċi tal-pajjiżi Ewropej, l-inċidenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-swieq tax-xogħol, u l-impatt tad-diġitilizzazzjoni fuq il-ftuħ ta’ impjiegi.

Il-mistieden għall-programm dwar il-Kummissjoni Ewropea kien l-Eks membru tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Karmenu Vella. Waqt il-programm ġie spjegat li biex tiġi ppromulgata liġi tal-UE, l-ewwel jeħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tipproponiha. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill li huma koleġiżlaturi, imbagħad jemendaw u jadottaw il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni. Sussegwentement, l-irwol tal-Kummissjoni Ewropea huwa li tiżgura li l-liġi tiġi implimentata b’mod effettiv.

Waqt l-aħħar programm mis-sensiela Temi Maltin u Ewropej, l-eks Prim Ministru u MPE Laburista Alfred Sant tkellem dwar l-irwol u l-funzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Sant fakkar kif għall-perjodu 2019-2024, il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill qablu fuq aġenda ambizzjuża li tiffoka fuq il-Patt Ekoloġiku Ewropew u d-diġitilizzazzjoni. Madanakollu, dik l-aġenda ġiet imfixkla għal aktar minn sena minħabba l-pandemija tal-covid-19 u aktar tard minħabba l-invażjoni Russa tal-Ukrajna.


Last three programmes of Temi Maltin and Ewropej

In January 2022, a new information and commentary TV programme produced by Alfred Sant’s MEP local office was launched with the support of the Socialists and Democrats Group in the European Parliament. During a series of 56 programmes between January 2022 and March 2024, Temi Maltin and Ewropej featured discussions in depth about European and Maltese affairs. 

In the last three programmes of the series, the discussion revolved around the EU and workers’ rights, the roles and functions of the European Commission and of the European Parliament.

Mr Jesmond Marshall a trade unionist and Labour MEP Candidate was invited as guest for the programme about the EU and workers’ rights.  It ranged over such issues as the changing skills required by European economies, the incidence of third country nationals on job markets, and the impact of digitilisation on employment openings.

The guest for the programme about the European Commission was Former member of the European Commission for the Environment, Maritime Affairs and Fisheries, Karmenu Vella. During the programme it was explained that for an EU law to be enacted, the European Commission needs first to propose it. The European Parliament and the Council which are co-legislators, then amend and adopt the Commission’s legislative proposals. Subsequently, the role of the European Commission is to ensure that the law is implemented effectively.

During the final programme of the series Temi Maltin and Ewropej, former Prime Minister and Labour MEP Alfred Sant spoke about the role and functions of the European Parliament. Sant recalled how for the period 2019-2024, the Commission, the Parliament and the Council agreed on an ambitious agenda revolving around the European Green Deal and digitilization. However, that agenda was disrupted for more than a year by the covid-19 pandemic and later the Russian invasion of Ukraine.

Sant jappella għal introduzzjoni gradwali tar-regoli tal-prezzijiet tat-trasferiment

Fl-intervent tiegħu waqt riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-prezzijiet tat-trasferiment, Transfer Pricing, l-eks Prim Ministru Alfred ...
Read More

L-abort għandu jkun legalizzat, taħt kundizzjonijiet stretti u trasparenti mill-Istati Membri – Alfred Sant

L-eks Prim Ministru Alfred Sant sostna li d-drittijiet inerenti tan-nisa għall-awtonomija tal-ġisem u t-teħid ta’ deċiżjonijiet indipendenti għandhom jiġu rikonoxxuti ...
Read More

L-aħħar tliet programmi mis-sensiela Temi Maltin u Ewropej

F’Jannar 2022, ġie mniedi programm televiżiv ġdid ta’ informazzjoni u kummentarju bi produzzjoni tal-uffiċċju lokali tal-MPE Alfred Sant u bl-appoġġ ...
Read More

Il-Parlament Ewropew japprova ftehim politiku provviżorju dwar il-pakkett tal-Listing Act tal-UE

Matul l-aħħar sessjoni plenarja tal-mandat 2019-2024, il-Parlament Ewropew approva l-ftehim politiku provviżorju milħuq fi Frar dwar il-pakkett leġiżlattiv tal-Listing Act ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment