Regoli Ewropej… Strasburgu… Alan Garcia
Ħadd jew kważi f’Malta ma għandu idea ta’ xinhuma “covered bonds”. Aħna ma nużawhomx. F’pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Italja u d-Danimarka servew għal sekli bħala mod kif jiġu finanzjati mingħajr riskju, proġetti mill-aktar siewja. Fl-aħħar tliet snin, sar sforz biex is-swieq li fihom jinbiegħu il-“covered bonds” jingħaqdu f’qafas Ewropew. Kelli x’naqsam ma’ dan il-proġett min-naħa tal-Parlament Ewropew.