Il-ħelwin
Ħabib tiegħi qalli: Qatt innotajt kif min-naħa tal-lemin, issib numru ta’ attivisti kulturali li ma jiddarsux jittrattaw bl-akbar żuffjett jekk mhux disprezz, lil min ma jaqblux miegħu għax xellugi? Dawn il-ħelwin iqisu l-biċċa bħala att satiriku siewi, li jistħoqqlu kull apprezzament, anke bħala kumment soċjali. U jekk ikun personalizzat, aħjar. L-aqwa li qed jattakka lix-xellugin…