Minflok kwoti… Rakkomandazzjonijiet… Anqas trabi
Il-proposta tal-gvern biex jara kif iżid ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament Malti hi ta’ min ifaħħarha. Fl-aħħar għandna miżura konkreta ħalli tirriżolvi problema fondamentali fid-demokrazija Maltija. Kif se nagħmlu biex l-għadd ta’ nisa f’pożizzjonijiet ta’ deċiżjoni jiżdied fil-politika Maltija? Jidher sew li minkejja ħafna stqarrijiet ta’ rieda tajba li saru matul is-snin, fuq hekk bqajna fejn konna,