IndependentInewsmalta

Miri Ambjentali

M’aħniex qed nilħqu l-miri ambjentali li ġew issettjati għal kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea. U allura jkollna nħallsu jew multi jew “nixtru” l-vouchers ambjentali ta’ pajjiżi li laħqu l-miri tagħhom u qabżuhom. L-istorja ma bdietx ilbieraħ. Niftakarni mas-seba’ snin ilu, jekk mhux aktar, fil-kumitat tal-kontijiet publiċi tal-Parlament Malti, ninsisti għal rendikont ta’ fejn konna sejrin

IndependentInewsmalta

Dilemma

Il-“konfront” bejn l-Italja u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-baġit Taljan iqajjem għall-forzi politiċi Ewropej, dilemmi li jmorru lil hinn mill-pożizzjoni Taljana. Fl-aħħar mill-aħħar, il-gvern Taljan – u dan issa indipendenti mill-kulur politiku tiegħu – qiegħed jikkontesta mill-qiegħ il-politika ta’ awsterità li ż-żona tal-ewro segwiet fl-aħħar snin biex toħroġ mill-kriżi finanzjarja li kienet fiha. Oħrajn qabel it-Taljani

IndependentInewsmalta

Kif nassumu r-responsabbiltà

Isir wisq diskors dwar kemm għandna qalbna tajba bħala nazzjon. Forsi li hu diskors minnu, ġenwin. Ngħidu wkoll kemm nieħdu ħsieb lil għajrna u lil min jinsab fil-bżonn. Mhux se niċħad li dan hu minnu. Biss li x’aktarx jonqosna hu ħsieb dwar kif l-aħjar nassiguraw li t-tjubija lejn ħaddieħor ma tkunx paraventu għal modi mgħawġa

IndependentInewsmalta

Id-Diġitali f’Malta

Kienet interessanti l-konferenza imsejħa mill-Istitut Malti tal-Management (MIM) dwar it-teknoloġija diġitali fl-Ewropa u t-tmexxija tal-VAT. L-emfażi kien fuq l-avvanzi f’li qed tissejjaħ il-fintech – li aħna f’Malta ninsabu fil-quddiem tagħhom – u f’kif jaffettwaw it-tħaddim tal-VAT. Id-diskussjoni kienet usa’ minn hekk. Il-ministru tal-finanzi Edward Scicluna ta rendikont eċċellenti ta’ kif manuvri politiċi u finanzjarji fi

IndependentInewsmalta

Aktar mat-toroq jitjiebu…

Aktar mat-toroq jitjiebu, anqas se ngawduhom, qalli ħabib li jiddeletta bil-kontroversji tant li jagħtik x’tifhem li xejn ma jogħġbu. It-toroq li kellna sa ftit tas-snin ilu, kienu tajba, kompla – ħlief li ma kien isir l-ebda manteniment fuqhom. Biss aktar man-nies tħajret tixtri l-karozzi, aktar it-toroq saru ffullati u ma baqgħux tajba. Issa, twessgħu. It-traffiku

IndependentInewsmalta

Wisq korpi

Il-moda ta’ aġenziji jew korpi tal-gvern li jservu bħala awtoritajiet regolatorji, bħala għassiesa fuq materji ta’ etika u tmexxija korretta, bħala difensuri ta’ dawn jew dawk id-drittijiet u insomma, materji oħra, tinsab għaddejja bil-kbir fostna, kif ukoll f’pajjiżi Ewropej. Forsi pajjiżi akbar minna jistgħu jġorru dawn il-korpi kollha. Fi gżira ċkejkna bħal tagħna, aktar ma