ArticlesInewsmalta

Dahla Ghall-Belt

Dwar id-daħla tal-Belt, lest bil-qalb nidher dinosawru. Ma togħġobni xejn. Anqas u anqas nimpressjona ruħi meta nisma’ l-mod assurd kif jipproġettawha l-periti tal-uffiċċju ta’ Piano u forsi l-maestro nnifsu, responsabbli biex jiddisinnjawha. Għalija rnexxielhom ikissru l-karattru ta’ belt kapitali li kienet tissintetizza fil-firxa tagħha l-binjiet arkitetturali ta’ zmienha fl-Ewropa. Dazgur li bil-kuntratti li ħadu għal

ArticlesInewsmalta

DJUN

Frankament narahom ftit pwerili l-argumenti dwar jekk il-gvern Malti hux iżid fid-dejn tiegħu. Kemm il-gvern u kemm l-Oppożizzjoni għandhom parti mir-raġun. Veru li l-ammont tad-dejn nazzjonali qed jiżdied, kif issostni l-Oppożizzjoni. Imma veru wkoll li l-proporzjon tad-dejn bħala persentaġġ tal-ekonomija Maltija qed jonqos b’rata eżemplari. Dan għax l-ekonomija qed tikber b’rata reali li hi impressjonanti.

ArticlesInewsmalta

BIL-BILJUNI

Il-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) biex kull xahar minn Marzu li ġej, jonfoq mas-sittin biljun ewro fix-xiri ta’ ċedoli ta’ self li jkunu ħarġu l-gvernijiet Ewropej timmarka pass ġdid u importanti fir-rwol tal-istess Bank. U dan anki jekk xi kritiċi qalu li l-pass twettaq tard wisq u hu ċkejken wisq. Talanqas kulħadd qabel li mingħajru,

ArticlesInewsmalta

L-EWROPA ATTENTA

Zdied in-nervozizmu fl-Ewropa. M’għadux iffokat biss fuq il-qagħda ekonomika li ilha tqanqal tħassib. Hu nervozizmu issa wkoll li qed iqum dwar is-sigurtà. Kien hemm l-attakki f’Pariġi. Imbagħad l-inċidenti fil-Belġju, l-aktar Verviers; imma anki Brussell inqabdet fit-tensjoni. Tista’ tħossha minn kif jitkellmu dawk li jsuquk minn post għal post, minn kif iġibu ruħhom l-uffiċjali li jmexxu

ArticlesInewsmalta

L-ELEZZJONI GRIEGA

L-elezzjoni bikrija fil-Greċja qed tqanqal interess u tensjoni. Jidher li ċ-ċansijiet huma kbar li l-partit tas-Siriża jiġi fuq quddiem bid-dritt li jingħata ħamsin siġġu aktar milli jkun ġab direttament fl-elezzjoni u għalhekk id-dritt ukoll li jara jistax jifforma gvern. Il-wegħda tas-Siriża hi li jaqleb il-politika ta’ awsterità imposta fuq il-poplu Grieg billi jdaħħal programm ta’

ArticlesInewsmalta

REFERENDUM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħa pozizzjoni għaqlija fir-rigward tar-referendum ta’ April li se jsir dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa. Ir-referendum ma ntalabx mill-partiti politiċi imma minn gruppi ta’ pressjoni fis-soċjetà ċivili. Jekk fhimt tajjeb, il-gvern se jibqa’ newtrali u l-istess il-Partit Laburista. Sadattant kulħadd fil-gvern u l-partit se jkun jista’ jieħu privatament u publikament il-pożizzjoni tiegħu. Kif