IndependentInewsmalta

Involviment Amerikan

Id-deċiżjoni tal-President Trump bla dubju tfisser tradiment tal-forzi “ribelli” Kurdi fis-Sirja. Minkejja l-mibegħda li teżisti bejn il-gvernijiet ta’ Erdogan u Assad, xorta jgħaqqadhom il-biża’ li l-Kurdi għad xi darba jispiċċaw b’pajjiż tagħhom magħmul minn biċċiet tat-Turkija, tal-Iraq u tas-Sirja. Imma aktar minn hekk, l-irtirar mis-Sirja tal-Istati Uniti bl-iskuża li l-forzi Ġiħadisti ġew megħluba (anki jekk

IndependentInewsmalta

Sena deċiżiva?

L-2019 se tkun sena deċiżiva għall-Ewropa? Hekk qed juru uħud mis-sinjali. M’aħniex qed nitkellmu fuq xi rtirati kbar. Lil hinn mill-Brexit, anke jekk dwar kif din se tkun solvuta xejn ma għadu ċert sal-lum, l-irtirati ma jidhrux li se jqanqlu wisq l-aġenda. L-akbar sfidi se jitqanqlu dwar jekk iva jew le, l-Unjoni Ewropea tistax tagħti

IndependentInewsmalta

Identità

Matul diskussjoni bħala parti minn kors tal-public policy fl-Università, li ħadt sehem fiha, tajna ħarsa lejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-governanza fil-pajjiżi żgħar. Il-kummenti li għamlu l-istudenti kienu ta’ kwalità tajba ħafna. Il-problemi li jinqalgħu minħabba l-fatt li bħala stat ċkejken xorta trid tlaħħaq ma’ materji mifruxa u komplikati daqs tal-kbar kienu f’moħħna lkoll. U qamet

IndependentInewsmalta

Miti… Minn Venezia… Bonzo

Fit-twemmin u l-valuri tagħna – aħna l-popli li ngħixu mal-Mediterran u fir-reġjuni ta’ madwaru – żviluppajna matul is-sekli u l-millennji stejjer sbieħ jew talanqas affaxxinanti, dwar il-mewt u l-ħajja … kif it-twelid iwassal għal tiġdid u wara għal sagrifiċċji ġodda. Minn Gilgamex għal Osiris sa Kristu, b’oħrajn li jissenslu bejniethom… Il-Milied hu parti minn dan

IndependentInewsmalta

Migrazzjoni

Daqskemm is-27 tal-Ewropa żammew l-għaqda dwar il-Brexit, daqshekk ieħor ma żammewhiex u mhux qed juruha dwar il-migrazzjoni. Il-pjani jew proġetti biex ifasslu politika komuni dwarha għadhom maqbuda f’diżgwid u f’rifjuti, li mid-dehra qed ikopru wkoll issa kif il-Frontex għandha tissaħħaħ. Dwar riforma fil-ftehim ta’ Dublin – speċjalment dwar fejn jinżammu jew jibqgħu r-refuġjati meta jaslu

IndependentInewsmalta

Għoli tal-ħajja għaż-żgħar

L-aħħar indiċi tal-prezzijiet miżmum skont il-metodoloġija tal-Unjoni Ewropea (l-HICP) donnu jikkonferma kif l-għafsa fiż-żieda tal-prezzijiet l-aktar li qed tolqot hu lil min għandu dħul baxx jew “medju-baxx”. L-ogħla rati ta’ żieda fil-prezzijiet fuq sena sa Novembru 2018, inħassew fl-oqsma tal-ikel u x-xorb mhux alkoħoliku; u dak tal-ħwejjeġ u ż-żraben, b’żieda ta’ 3.5 fil-mija u ta’