IndependentInewsmalta

Pronostki… Kampanja… Siġar

Fi ħdan iż-żona tal-ewro kiber inkwiet dwar pronostku li sejjer żmerċ: ir-rata tat-tkabbir ekonomiku għat-tielet kwart ta’ dis-sena ħarġet anqas minn dik imbassra. Dan qed jipperikola l-miri li l-Kummissjoni Ewropea poġġiet għall-pajjiżi membri taż-żona fir-rigward tat-tmexxija finanzjarja tagħhom. Raġuni għar-riżultati anqas sbieħ milli mistennija jintqal li hi l-inċertezza politika u ekonomika, in parti minħabba l-aġir

IndependentInewsmalta

Ġustizzja u investigazzjoni

Ma nifhimx kif kwalunkwe gvern jista’ jitqiegħed quddiem esiġenza politika li llum qabel għada, “jiskopri” min ikkommetta reat kriminali. Hi ħaġa ovvja li l-gvern għandu d-dmir jassigura li kull riżors meħtieġ jitħaddem biex il-ħati jinstab. Allaħares ma jiġrix hekk. Jekk minn dan toħroġ tipproklama li l-ġustizzja mhijiex qed titwettaq għax il-ħati għadu ma nstabx, tispiċċa

IndependentInewsmalta

Brejk Turistiku

Igħidulna li t-tkabbir tat-turiżmu għandu jiġi mrażżan għax resqin lejn qagħda fejn se nifqgħu l-ħila tal-pajjiż biex jilqa’ għall-esiġenzi li das-settur ipoġġi fuq l-infrastruttura ekonomika u soċjali. Jiskantani t-tertiq tal-imħuħ dwar jekk u kif għandniex napplikaw brejk raġonevoli għat-tkabbir turistiku. Hemm metodu ħafif u effiċjenti kif dat-trażżin jista’ jitwettaq bla kummiedji ta’ patrunaġġi okkulti. Kull

IndependentInewsmalta

Kemm inħallsu taxxi?

Mod kif tqis kemm hu kbir il-piż tat-taxxi f’pajjiż hu billi tara xi spazju “jittieħed” mit-taxxi fl-ekonomiji: id-daqs tagħhom bħala proporzjon tal-Prodott Gross Domestiku. Imbagħad tista’ tqabblu ma’ ta’ pajjiżi oħra. Statistika maħruġa mill-Eurostat għamlet hekk għall-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea sas-sena 2017. F’pajjiżna f’dik is-sena, it-taxxi laħhqu 33.4 fil-mija tad-daqs tal-ekonomija – anqas sew mill-medja tal-Unjoni

IndependentInewsmalta

Soċjali… Aktar dwar regħba… Gibraltar

Wieħed ma jista’ bl-ebda mod jiċħad li l-gvern għamel ħafna, biex ma ngħidx minn kollox, ħalli jilqa’ u jtaffi għall-problemi soċjali li jeżistu fil-pajjiż, bħal ma jeżistu f’kull pajjiż. Il-mistoqsija dejjem tkun jekk irnexxilux f’dan l-impenn. Il-fatt hu li f’budget wara l-ieħor, ittieħdu miżuri ffokati bil-galbu u b’intelliġenza, ngħid jien, ħalli jintlaħqu miri soċjali preċiżi,

IndependentInewsmalta

Regħba

REGĦBA Stagħġibt ftit dil-ġimgħa: fi tliet konversazzjonijiet separati ma’ tlieta min-nies (Maltin) li ma jafux lil xulxin, qamet l-istess kelma. Użawha biex ifissru x’jidhrilhom li hu l-aqwa difett fil-ħidma ekonomika ta’ madwarna. Ma għamluhiex għax tħallew lura fil-ġirja lejn is-suċċess. Anzi bla problema ta’ xejn irrikonoxxew li l-ekonomija tagħna qabdet rankatura sabiħa li sostniet għal