Kriżi fl-Afrika ta’ Fuq
Lil-Libja kissruha l-Ewropej billi tajru lil Gaddafi mingħajr ma kienu jafu jew forsi jimpurtahom x’se jiġri warajh. L-Eġittu għadda minn mumenti ta’ tama, għal tmexxija mqanfda f’dommatiżmu riġidu, sakemm iżżerżaq lura lejn militariżmu sterili. L-Alġerija għadha ċassa taħt il-feriti li baqgħu ma fiqux sew ta’ gwerra ċivili mdemmija. Minkejja l-problemi kbar li għadha qed taffaċċja,