Mistoqsijiet
Lil hinn mill-kontroversji, mhux kollha mqanqla mir-rieda tajba, li għaddejjin dwar il-proposta għat-twaqqif ta’ Università ġdida privata f’Malta, kif jista’ wieħed jasal għal opinjoni bis-sens dwar il-proġett? Naħseb li jista’ jagħmel hekk billi jara xi tweġiba teżisti għal tliet mistoqsijiet. Hawn huma: Il-kunċett wara l-proġett hu tajjeb ħafna, tajjeb jew ħażin mill-perspettiva tal-interess nazzjonali? Jekk