ArticlesInewsmalta

Funerali

Ħabib tiegħi barrani darba qalli: Intom il-Maltin tinqalgħu ħafna biex torganizzaw festi u funerali kbar. Imma mhux daqstant biex tiżguraw li tal-aħħar ma jkunx hemm għalfejn isiru, u tal-ewwel jinżammu fil-qies. Matul is-snin li gerbu minn meta qal hekk, kont f’ħafna okkażjonijiet fejn ħassejt għaliex forsi kellu raġun. Saqsejt lili nnifsi jekk l-argument tiegħu japplikax

ArticlesInewsmalta

Imwiet

Ftit tista’ tgħid affarijiet li ma ntqalux diġà dwar il-ġrajjiet orribbli tal-aħħar ġranet fil-Mediterran, ’l isfel minn pajjiżna. Il-probabbiltà hi li t-traġedji se jkomplu jiġru. Hi ġrajja li mhux se tieqaf mil-lum għal għada. Iċ-ċaqliq massiċċ tal-popolazzjonijiet hu misjuq mill-ġuħ, mill-biża’ u mill-isperanza. Beda jaqa’ taħt il-kontroll ta’ forzi estremisti jew mafjużi. Quddiem l-Ewropa hemm

ArticlesInewsmalta

Awditjar

Is-servizzi li jipprovdi l-gvern fl-iskejjel, l-isptarijiet u l-bereġ iridu jlaħħqu ma’ bżonnijiet li jiżviluppaw maż-żmien. Il-mod kif jitwasslu lill-poplu x’aktarx tfassal fil-bidu li s-servizzi bdew jingħataw u forsi nbidel mas-snin skont il-prattika miksuba. Ta’ spiss ħafna madankollu, jiġri li t-tħaddim tas-servizzi ma jlaħħaqx mal-bidliet fil-bżonnijiet. Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar jidher dan in-nuqqas. Mhuwiex tort

ArticlesInewsmalta

L-Ewro Baxx

Ir-rata tal-kambju tal-ewro fis-swieq internazzjonali tal-muniti hi baxxa bħalma kważi qatt ma kienet qabel. B’xorti tajba, dan ġie fl-istess żmien li l-prezz taż-żejt niżel bil-kbir: allura minkejja li l-valur tal-ewro hu baxx, il-fjuwil fl-Ewropa ma kellux għalfejn iżid fil-prezz, diġà baxx, tiegħu. Parti mill-kawża għall-”waqgħa” tal-ewro hi l-programm ta’ ”quantitative easing” li qed imexxi l-Bank

ArticlesInewsmalta

Kampanja

Fl-aħħar ġimgħat smajna ħafna dwar il-kampanja Maltija. Kemm dawk ta’ favur u dawk ta’ kontra l-kaċċa qablu dwar il-ħtieġa li ngħożżu u nħarsu l-kampanja. Il-problema hi li minkejja dan il-kunsens, fil-prattika ma jiġix rispettat la mill-membri ta’ naħa u lanqas tal-oħra. Għax jekk hemm xi ħaġa li għakkset il-kampanja, din hi l-bini li baqa’ tiela’

ArticlesInewsmalta

Faqar

M’aħniex differenti minn pajjiżi Ewropej oħra. Anki fostna l-faqar, relattiv jew assolut, żdied. Il-gvern qed jagħmel tajjeb meta jassigura li kullimkien, anki fl-inħawi mbiegħda, jitwassal il-gass biex jilqa’ għal problema relatata mal-faqar – dik ta’ nħawi bi djar fejn ir-residenti mhumiex isaħħnu djarhom tajjeb fix-xitwa. Ilhom iseħħu żviluppi fejn għal ċerti saffi soċjali l-qagħda ekonomika