IndependentInewsmalta

Diskors ta’ mibegħda

Tajjeb li tikber il-kuxjenza dwar id-deni li jsir meta diskors ta’ mibegħda, kif tlaqqam, isir bl-addoċċ, speċjalment fil-midja soċjali. Miegħu ukoll jiġi assoċjat diskors li jifrex aħbarijiet foloz, imħawra b’mod malizzjuż. Ta’ spiss it-tnejn… mibegħda u falsitajiet… jingħaġnu flimkien biex joħolqu klima kontra persuni jew istituzzjoni li jkunu qed imexxu kampanji kontroversjali jew kontestati. Biss

IndependentInewsmalta

Rapporti minn barra

Il-ġimgħa li għaddiet, ħarġu kważi fl-istess ġurnata żewġ rapporti dwar il-qagħda ekonomika u soċjali f’Malta – wieħed mill-Kummissjoni Ewropea fil-kwadru tax-xogħol li hi tagħmel biex tassigura li t-tmexxija taż-żona tal-ewro qed issir kif imiss; u l-ieħor mill-Fond Monetarju Internazzjonali. Ingħataw is-solta prominenza fil-midja Maltin, kif forsi jixirqilhom. Uħud taw emfażi lill-parti tat-tazza “vojta” fir-rapport u

IndependentInewsmalta

PN kredibbli?

Apparti mill-ġlied li ħareġ fil-beraħ dwar min għandu jmexxi – jekk hux il-mexxej skreditat tal-bieraħ jew il-mexxej mhux aċċettat tal-lum – il-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli bħalissa għax mhuwiex koerenti f’dak li jistqarr bħala l-politika tiegħu. Veru, qed isiru tentattivi biex minflok it-tilwim fil-vojt li kien parti minn ħajjithom fl-aħħar sena u nofs, tal-PN jillimaw xi

IndependentInewsmalta

Se nerġa’ dwar il-midja indipendenti

Qrajt dan l-aħħar artiklu miktub mir-reverendu Joe Borg biex juri kif mhux veru li l-midja hekk imsejħa indipendenti – f’dal-kas tal-Knisja – jieħdu direzzjoni partiġjana, indirizzata l-aktar kontra l-Partit Laburista. Il-metodu użat minn Borg bilfors iqanqallek tbissima bis-sofiżmi inġenwi li jippreżenta. Prattikament jistrieħ fuq kemm drabi partiti/gvernijiet tax-xellug u tal-lemin jingħataw rapportaġġ, anke mqabbla ma’

IndependentInewsmalta

Għaliex iweġġgħu lil Malta?

L-imġiba tad-deputati Nazzjonalisti fil-Parlament Ewropew ddejjaqni bla qies. Imma ma tgħaġġibnix. Rajtha titħaddem snin twal ilu fl-Assemblea tal-Kunsill tal-Ewropa, fit-tmeninijiet tas-seklu l-ieħor. Il-kalkolu tal-PN baqa’ l-istess. Ħammeġ barra lill-gvern Laburista Malti u l-popolarità tiegħu f’pajjiżu tonqos. Dan la ġara dak iż-żmien, u wisq anqas illum. Xorta d-deputati Ewropej tal-PN qed jippersistu. Igħidu li l-barranin jaqraw

IndependentInewsmalta

Il-ħelwin

Ħabib tiegħi qalli: Qatt innotajt kif min-naħa tal-lemin, issib numru ta’ attivisti kulturali li ma jiddarsux jittrattaw bl-akbar żuffjett jekk mhux disprezz, lil min ma jaqblux miegħu għax xellugi? Dawn il-ħelwin iqisu l-biċċa bħala att satiriku siewi, li jistħoqqlu kull apprezzament, anke bħala kumment soċjali. U jekk ikun personalizzat, aħjar. L-aqwa li qed jattakka lix-xellugin…