IndependentInewsmalta

Djar tal-Gvern

Hi miżura tajba ħafna li l-gvern mhux sempliċement se jipprovdi aktar binjiet ta’ “housing” soċjali. Biħsiebu jissorvelja t-tmexxija tal-binjiet u jiżgura li r-residenti ġodda jibqgħu jtejbu l-pożizzjoni tagħhom sakemm ikunu jistgħu jitilqu għal rashom. Mhux se tkun biċċa faċli. Sal-lum, l-esperjenza li kellna bid-djar li pprovda l-gvern rat it-tajjeb u l-ħażin. Matul is-snin, il-politika f’dal-qasam

IndependentInewsmalta

Fatti

Fl-aħħar ġimgħat, istituzzjonijiet internazzjonali fetħulha kontra l-iskemi li jippromwovu “investiment migratorju” – jiġifieri skemi bħal dawk li qed tħaddem Malta fejn persuna “tixtri” ċittadinanza ta’ pajjiż billi tosserva ċerti kondizzjonijiet li jiżguraw li hi ta’ fibra tajba, u twiegħed li se tinvesti ammont ta’ flus sostanzjali fl-ekonomija tiegħu. Fost l-ewwel li ppromwovew arranġamenti simili kienu

IndependentInewsmalta

Iż-żgħażagħ u l-politika

Kien hemm min qalli fl-aħħar ġimgħat: iż-żgħażaghħ ma jinteressawx ruħhom aktar fil-politika. U kien hemm min qalli: Mhux talli ż-żgħażagħ jinteressaw ruħhom ħafna fil-politika. Talli qed jivvintaw modi ġodda kif jieħdu sehem fiha. Għalija, jieħdu sehem fiha kif jieħdu sehem fil-politika, ma jagħmilx differenza. L-aqwa li ż-żgħażagħ jagħmlu dan. U li jkunu ġejja mill-kuluri politiċi

IndependentInewsmalta

Inkwiet Ekonomiku?

Sa ftit ilu kont nemmen li ċerti bassara qed jesaġeraw fl-inkwiet li bdew juru dwar il-qagħda ekonomika fl-Ewropa u lil hinn minnha. Wara kollox, ir-rankatura fl-ekonomija taż-żona ewro ilha soda għal żmien sew. Minkejja kull ma ngħidu dwar il-President Trump, kemm ilu fil-kariga l-ekonomija Amerikana tħarrket. Biss issa qamu wisq fehmiet negattivi. Ma tistax twarrabhom.

IndependentInewsmalta

Anti Semitiżmu

Il-pjaga faħxija tal-anti-semitiżmu għadha magħna u diffiċli tara kif tista’ titneħħa għal kollox. Biex tagħqad daħlet il-problema fin-nofs tal-anti-sijoniżmu – u jekk huwiex forma oħra ta’ anti semitiżmu kif isostnu ħafna Iżraeljani. Jien ma naħsibx li hu imma ma tistax tinjora l-ilħna Lhud li jgħidu bil-maqlub. Wara kollox, tagħhom hu n-nisel li kien fil-mira tal-Olokawst.

IndependentInewsmalta

Governanza

Hu inkwetanti l-fatt li d-diskussjoni dwar il-governanza f’pajjiżna spiċċat iddominata minn interventi barranin ta’ nies b’aġendi opaki u dubbjużi. Għax kien hemm u għad hemm bżonn ta’ diskussjoni nazzjonali dwar kif nistgħu ntejbu l-prattiċi tat-tmexxija publika fil-pajjiż. Forsi se jintqal li dil-biċċa tkun tista’ ssir waqt il-konsultazzjoni li qed titħejja għal bidliet fil-kostituzzjoni. Jista’ jiġri