Matul ix-xahar ta’ Awwissu, fl-uffiċċju tad-deputat Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant baqa’ jsir ix-xogħol fuq it-tħejjija tal-liġi Ewropea dwar il-Listing. L-abbozz ta’ din il-liġi (l-Att dwar il-Listing) idaħħal bidliet f’liġijiet eżistenti. L-għan ta’ dawn il-bidliet huwa li jħaffu l-proċess li bih kumpaniji żgħar jistgħu joħorġu għall-bejgħ lill-pubbliku ishma fil-kumpaniji tagħhom. Alfred Sant huwa r-Rapporteur għall-Att dwar il-Listing. Huwa n-negozjatur ewlieni kemm għas-S&D kif ukoll għall-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew rigward din il-proposta leġiżlattiva.

F’Lulju, il-Membri Parlamentari Ewropej kienu daħħlu l-emendi tagħhom għall-proposti għal-liġi kif proposta mill-Kummissjoni Ewropea u għar-rapport dwarha li Alfred Sant kien ħejja. Daħlu aktar minn tliet mitt emenda.

Ir-rapport ta’ Alfred Sant u l-emendi mdaħħla jridu jiġu mressqa lejn xulxin mill-ufffiċċju tar-Rapporteur biex dwarhom kemm jista’ jkun jintlaħaq kompromess li jkollu l-appoġġ tal-gruppi politiċi kollha, jew jekk dan ma jistax jintlaħaq kompromess li jkollu l-appoġġ ta’ maġġoranza fosthom.

F’Settembru se jibdew in-negozjati man-negozjaturi tal-gruppi politiċi Ewropej biex kemm jista’ jkun malajr, jintlaħaq qbil finali li mbagħad jitressaq għall-vot quddiem il-kumitat ekonomiku u finanzjarju tal-parlament Ewropew.

Barra mil-liġi li toffri l-possibiltà li jinħarġu ishma għall-bejgħ bi drittijiet ta’ vot differenti, l-Att dwar il-Listing se tkun qed temenda l-liġijiet Ewropej eżistenti jiġifieri d-Direttiva dwar il-Prospett magħrufa bħala l-Prospectus Directive, il-liġi li tħares lill-pubbliku minn taħwid fit-tmexxija tas-swieq tal-ishma (magħrufa bħala MAR) u l-liġi li tirregola kif għandhom iġibu ruħhom fit-tmexxija tas-swieq tal-ishma, il-kumpaniji li joħorġu l-ishma, il-boroż fejn l-ishma jinbiegħu u l-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej li jissorveljaw it-tmexxija tas-swieq tal-ishma (magħrufa bħala MIFID).


More than three hundred amendments introduced in the Listing Act

In August the European Parliament office of Labour MEP Alfred Sant continued to work on the European Union Listing Act. The draft of the Listing Act introduces changes in existing European laws that speed up the process by which small and medium enterprises may sell their shares to the public. Alfred Sant is the Rapporteur for the Listing Act. He is the lead negotiator for both the S&D as well as for the Economic and Financial Committee of the European Parliament (ECON) regarding this legislative proposal.

In July, MEPs submitted their amendments to the Listing Act’s proposals put forward by the European Commission and to the report on the act prepared by Alfred Sant. More than three hundred amendments were proposed.

Alfred Sant’s report and the submitted amendments will be brought together into a compromise text that could be supported by all political groups or if a consensus is not reached, by the backing of a majority. This is a complicated task during which consultations with the European Commission are held.

In September discussions with European political groups negotiators will kick off. The aim is to reach a final compromise which shall be put to a vote before the Economic and Financial Committee of the European Parliament (ECON).

Apart from the new European regulation that offers the possibility of issuing shares for sale with different voting rights, the Listing Act will seek to amend existing European regulations namely the Prospectus Directive, the Market Abuse Regulation (MAR) and the Markets in Financial Instruments Directive (MIFID).

Aktar minn tliet mitt emenda introdotti fl-Att dwar il-Listing

Matul ix-xahar ta’ Awwissu, fl-uffiċċju tad-deputat Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant baqa’ jsir ix-xogħol fuq it-tħejjija tal-liġi Ewropea dwar il-Listing ...
Read More

L-Ewropa u l-Afrika u l-politika reġjonali Ewropea

Is-suġġetti diskussi waqt il-programm televiżiv Temi Maltin u Ewropej sponsorjat mill-uffiċċju ta’ Alfred Sant bl-appoġġ tal-Grupp tas-S&D fil-Parlament Ewropew kienu “L-Ewropa u ...
Read More

Il-prospetti tas-Sħubija fl-Unjoni Ewropea tal-Ukrajna u t-Turkija

L-eks Prim Ministru Alfred Sant esprima riżervi dwar il-possibbiltà li t-Turkija u l-Ukrajna jsiru membri tal-Unjoni Ewropea. Talanqas jekk din ...
Read More

Malta m’għandhiex iġġedded is-sħubija tagħha fil-Partnership for Peace tan-NATO – Alfred Sant

L-eks Prim Ministru u Membru Parlamentati Ewropew Laburista Alfred Sant iffirma ittra indirizzata lill-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela biex ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment