Il-Belt Franċiża ta’ Bordeaux hija l-aqwa destinazzjoni Ewropea għal 2015. 20 destinazzjoni ewropea ikkompetew għat-titlu prestiġġjuż ‘Best European Destination’ – L-aħjar destinazzjoni ewropea għall-2015. Wara tliet ġimgħat ta’ votazzjoni online, Bordeaux intagħżlet bħala l-aħjar destinazzjoni ewropea għal din is-sena.
Lisbona, Ateni, Valletta, Riga, Zagreb, Ljubljana, Innsbruck, Milan, Brussell, Vjenna, Ruma, Barċellona, Istanbul u Madrid kollha ġew imniżżla bħala destinazzjonijiet tajbin ħafna għall-btala. B’kollox ħadu sehem 244, 696 votant li ddeterminaw ir-riżultat.
Fl-2007 Bordeaux saret sit storiku tal-UNESCO u destinazzjoni unika għal dawk li tinteressahom il-kultura Franċiża, il-mod ta’ għixien u għaliex le – l-inbid Franċiż. Bordeaux hija destinazzjoni eleganti, sinonima ma’ ikel tajjeb u inbejjed ta’ kwalita` għolja. Tinsab biss sagħtejn bogħod minn Spanja u tliet sigħat bogħod mill-muntanji Pirenej.

Facebook Comments

Post a comment