X’INHI L‑KUMMISSJONI EWROPEA?
Il-Kummissjoni Ewropea hija waħda mill-istituzzjonijiet ewlenin u tirrappreżenta l-interessi tal-Unjoni Ewropea. Tippreżenta proposti għal liġijiet ġodda Ewropej u timplimenta l-politika tal-Unjoni Ewropea u l-infieq tal-fondi tal-UE. Il-KE hija magħmulha minn 28 kummissarju, wieħed minn kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea. Dawn jinħatru kull 5 snin. Dawk attwali ġew eletti fl-2014. It-terminu tagħhom jispiċċa f’Ottubru tal-2019.

Il-President tal-Kummissjoni jkun propost mill-Kunsill tal-Ewropa li jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata (3 minn kull 5 ċittadini tal-UE). Dan imbagħad jiġi elett mill-Parlament Ewropew b’maġġoranza (li tikkorrispondi għal mill-inqas 376 minn 751 vot). Jean-Claude Juncker huwa l-President attwali tal-Kummissjoni.

Il-President imbagħad jagħżel 28 membru ieħor għall-Kummissjoni fuq suġġerimenti tal-Istati Membri. Il-lista finali ta’ Kummissarji nnominati tkun dejjem miftiehma bejn il-President elett u l-Kunsill. Il-Kummissarji nominati mbagħad jiġu magħrbula mill-kumitati tal-Parlament Ewropew. Fl-aħħar il-Kummissjoni kollha kemm hi tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament.

Facebook Comments

Post a comment