It-Tuneżija ffirmat ftehim mal-UE biex tingħata €100 miljun taħt programm ta’ sapport li kien definit fl-2014 maħsub biex jgħin lit-Tuneżija tagħmel it-tranżizzjoni minn taħt il-Gvern ta’ Ben Ali għal sistema demokratika ta’ tmexxija.

Il-programm jisħaq fuq seba’ interventi ta’ appoġġ, ħamsa minnhom bdew isiru f’April u magħhom żdiedet l-allokazzjoni ta’ €100 miljun. Is-seba’ intervent ta’ appoġġ se jibda f’Settembru. Wieħed mill-interventi huwa dak li jgħin fit-tmexxija tal-kontroll tal-fruntieri u jsaħħaħ il-kapaċita` tal-awtoritajiet Tuneżini f’din il-ħaġa u fit-talbiet għall-ażil u l-protezzjoni internazzjonali tar-refuġjati. Il-programm se jkun implimentat u mmexxi flimkien maċ-Ċentru u l-Iżvilupp tal-Politika tal-Migrazzjoni u l-Uffiċjal Għoli tal-Ġnus Magħquda.

Il-Kummissjoni Ewropea ftit tal-jiem ilu waqt dibattitu fil-Parlament Ewropew qablet dwar għotja ta’ €70 miljun oħra f’għajnuna lit-Tuneżija, imma din id-deċiżjoni għadha mhux finalizzata.

Facebook Comments

Post a comment