Mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, il-Greċja rreġistrat l-akbar tnaqqis fin-nefqa pubblika: (-10.7%) tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) nazzjonali fl-2014 meta mqabbel mal-2013.

Skont statistika tal-Eurostat, in-nefqa pubblika tnaqqset fi 13-il stat membru: Ġreċja (-10.7%), Slovenja (-9.9%), Irlanda (-1.7%), Renju Unit u Portugall (-1.1%), Spanja (-0.7%), Lithuania (-0.6%), Polonja u Rumanija (-0.4%), Svezja (-0.3%), l-Olanda (-0.2%) u l-Belġju u d-Danimarka (-0.1%). L-akbar żieda kienet ta’ Ċipru (+7.7%) minħabba l-pjan ta’ salvataġġ li għaddej fis-settur finanzjarju tal-gżira, u ta’ Malta (+1.6%), u tal-Awstrija (+1.4%). B’mod ġenerali, in-nefqa pubblika naqset 0.4% u 0.5% tal-PGD fiż-żona ewro u fl-Unjoni Ewropea rispettivament.

Fl-2014, il-Finlandja (58.7%), Franza (57.2%) u d-Danimarka (57.0%) kellhom l-akbar rata ta’ nefqa pubblika amministrattiva mal-PGD nazzjonali. In-nefqa pubblika amministrattiva totali, min-naħa l-oħra, kienet inqas minn 40% tal-PGD fil-Litwanja u r-Rumanija (34.9%), Latvja (36.9%), Estonja (38.8%), Irlanda (39.0%) u l-Bulgarija (39.2%).

Fl-2013, l-iktar settur li influwenza n-nefqa pubblika kien ‘il-fond għal protezzjoni soċjali’, li fit-28 pajjiż tal-UE ammonta għal 40.2% tal-PGD. Warajh insibu l-qasam tas-saħħa (14.8% tal-PGD) u n-nefqa fl-edukazzjoni li rrappreżentat 10.3% tal-PGD fil-pajjiżi tal-UE.

Facebook Comments

Post a comment