Ir-rata ta’ qgħad fiż-żona ewro naqas b’0.1% għax-xahar ta’ Frar. Il-qgħad fi Frar laħaq 11.3% fiż-żona ewro u 9.8% fl-Unjoni Ewropea. Dawn kienu l-inqas livelli reġistrati minn Mejju tal-2012. It-tnaqqis ta’ 0.1% ġejja wara 3 xhur ta’ staġnar. Ma kienx hemm varjazzjonijiet ta’ aktar minn 0.1% bejn stat u ieħor għax-xahar ta’ Frar. Ftit kienu dawk il-pajjiżi li kellhom titjieb iktar minn hekk. Dawn kienu Spanja (23.2% komparat ma’ 23.4% f’Jannar), Malta (5.9% komparata ma’ 6.1%) u l-Polonja (7.8% komparat ma’ 8%). Il-qgħad żdied fil-Litwanja (10% komparat ma’ 9.8%) u l-Portugall (14.1% komparat ma’ 13.8%.
Il-qgħad fost iż-żgħażagħ baqa’ l-istess. F’Jannar u Frar bi 22.9% fiż-żona ewro u 21.2% fid-29 pajjiż tal-Unjoni Ewropea. Din il-medja taħbi rata ta’ qgħad fenomenali fl-Italja fejn il-qgħad fost iż-żgħażagħ tela’ b’1.4% għal 42.6% u l-Portugall fejn tela’ b’0.5% għal 35%. Tliet pajjiżi kellhom tnaqqis fil-qgħad fost iż-żgħażagħ. Dawn kienu d-Danimarka (-0.4%), l-Olanda (-0.7) u l-Islovakkja (-0.6%).

Facebook Comments

Post a comment