Pensjonanti Ewropej se jibda jkollhom aċċess għal tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom f’pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea. Dalwaqt jitressaq rapport quddiem il-Kummissjoni Ewropea dwar servizz ‘online’ biex iċ-ċittadini Ewropej ikollhom aċċess mal-entitajiet li jagħtu l-pensjoni mal-Ewropa kollha.
Is-servizz għandu l-għan li jaċċerta li kull stat membru jkollu sistema tajba u vijabbli dwar il-pensjoni u fl-istess waqt jinkoraġġixxi l-mobilita` tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni. Il-proġett juri li jeħtieġ li jkun hemm servizz ‘online’ li permezz tiegħu ċ-ċittadini ewropej ikollhom kuntatt dirett mal-entita` li tagħtihom il-pensjoni, ikunu fejn ikunu madwar l-ewropa. Dan is-servizz se jibda jagħti tagħrif aġġornat u personalizzat u tagħrif ieħor dwar id-drittijiet tal-pensjoni f’kull pajjiż tal-UE.
Din l-inizjattiva qed tittieħed l-aktar biex tħares id-drittijiet tal-ħaddiema li jaħdmu f’postijiet differenti fil-pajjiżi tal-UE. Hija maħsuba wkoll biex tinkoraġġixxi aktar il-mobilita` u biex isserraħ moħħ il-ħaddiem dwar il-pensjoni tiegħu. Dan il-proġett issemma ‘Track and Trace Your Pensions in Europe’.

Facebook Comments

Post a comment