ArticlesInewsmalta

Assurd

Nhar Sibt il-Għid, b’direttiva tal-Kummissjoni Elettorali, ħadd ma seta’ jmur iżur il-familjari tiegħu/tagħha fl-isptar jew residenza għall-anzjani ta’ San Vinċenz, Ħal Luqa. Dan għax ġimgħa qabel jinżammu l-elezzjonijiet għal numru ta’ kunsilli lokali u l-votazzjoni fir-referendum dwar kaċċa fir-rebbiegħa, l-anzjani residenti hemm ingħataw l-”opportunità” jivvotaw mill-isptar fejn jinsabu. U minħabba raġunijiet ta’ ”sigurtà”, fil-ġurnata ħadd

ArticlesInewsmalta

Proġetti

Inkoraġġanti n-numru ta’ proġetti ġodda f’Malta li qed jissemmew bħala li tqanqal l-interess fihom. Hu importanti li jingħataw attenzjoni sħiħa biex il-proposti li qed isiru ma jispiċċawx fgati fil-burokrazija jew miżmuma ċassi għal żmien twil wisq quddiem l-eżitazzjoni ”strateġika” li ta’ spiss tinfirex f’pajjiżna quddiem dak li jinħass ġdid. Biex inkun għedt kollox: inħossni ftit

ArticlesInewsmalta

Titjira

Apparti mill-ħruxija ta’ x’ġara fit-titjira traġika tal-Germanwings u ż-żieda fl-iskumdità li se jħossu xi vjaġġaturi bl-ajru huma u jirkbu ajruplan, nara żewġ kwistjonijiet li, fost oħrajn, huma tal-akbar importanza. L-ewwel waħda: kif u sa fejn professjonisti fil-kura tas-saħħa għandhom jew jistgħu jaġixxu biex iwissu lill-awtoritajiet konċernati jekk f’ħidmiethom isiru jafu li l-pazjenti tagħhom jistgħu jkunu

ArticlesInewsmalta

Malta u L-Ewro

F’tarf il-ġimgħa li għaddiet kont għaddej bla nifs biex nispiċċa x-xogħol fuq ktieb li ili naħdem fuqu: jiġi l-kontinwazzjoni ta’ ieħor li ħriġt fil-bidu tas-sena 2012. Mhux se jinbiegħ bil-kbir għax hu ktieb li bħal ta’ qablu, jitkellem fit-tul fuq kwistjoni li ħafna nies isostnu li ma jifhmu xejn fiha – il-kriżi, jew aħjar il-problemi,

ArticlesInewsmalta

Mistoqsijiet Parlamentari

Meta kont membru tal-Parlament Malti, kont ingerger ħafna dwar kif jiġu trattati mill-gvern il-mistoqsijiet li jagħmlu deputati tal-Oppożizzjoni. Jew it-tweġibiet jingħataw tard ħafna, jew ma jingħatawx għax dejjem jitħallew għal xi seduta oħra, jew jaslu b’informazzjoni li tkun apposta mħawda jew nejja biex fatti importanti jinħbew. Naħseb li konna ġustifikati nikkritikaw ukoll l-arranġamenti li bihom

ArticlesInewsmalta

FEIS/EFSI

It-tħejjijiet biex jiġi varat il-fond Juncker (Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, jew EFSI fl-inizjali ”Ingliżi” tiegħu) jinsabu għaddejjin b’pass imgħaġġel. Il-Fond se jirkeb fuq allokazzjoni ta’ ftit biljuni ewro mill-baġit tal-Unjoni Ewropea u tal-Bank għall-Investiment Ewropew u fuq ftit aktar biljuni ta’ garanziji biex itella’ somma ta’ xi 315 biljun ewro għal aktar investimenti fl-Ewropa. Sa