7 minn kull 10 piloti li jaħdmu mal-linji tal-ajru low-cost huma self-employed. Dan ħareġ minn studju tal-Univerista` ta’ Ghent fil-Belġju u ppubblikat mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Piloti.
Dawn il-piloti ħafna drabi jaħdmu permezz ta’ aġenziji li joffru xogħol temporanju, bħala self-employed, jew fuq kuntratt ta’ żero-sigħat mingħajr garanziji ta’ paga minima. In-numru ta’ piloti li jaħdmu mal-linji low-cost qiegħed jiżdied. Dawn il-piloti jinkwetaw fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u fejn għandhom iħallsu t-taxxi u s-sigurta` soċjali.
Il-Kummissjoni Ewropea mistennija toħroġ dokument dwar il-kompetittivita` tas-settur tal-avjazzjoni aktar tard din is-sena biex tindirizza l-problemi. Dan għaliex taħt il-liġijiet attwali, hemm kompetizzjoni inġusta, speċjalment meta linji tal-ajru jinqdew b’piloti self-employed, jużawhom full-time mingħajr ma jimpjegawhom u allura jeħilsu mill-obbligi li jħallsulhom it-taxxi u s-sigurta` soċjali.

Facebook Comments

Post a comment