Il-Kummissjoni Ewropea se tagħti lil Franza 3 snin oħra biex tniżżel id-defiċit anqas minn 3% biex timxi mar-regoli tal-UE. Safrattant Franza trid tagħmel ir-riformi meħtieġa. Fix-xitwa tal-2014 id-defiċit kien ilaħħaq għall-4.3% tal-GDP. Uffiċċjalment Franza, flimkien mal-Italja u l-Belġju, kellha tniżżel id-defiċit tagħha sa din is-sena. Jidher li l-Kummissarju Pierre Moscovici huwa konxju li dan huwa impossibbli. L-Awtoritajiet Franċiżi pproponew tliet snin biex iniżżlu d-defiċit ta’ pajjiżhom. Il-Kummissjoni għandha l-istess ħsieb u se tagħti dan iż-żmien lil Franza, dejjem jekk twettaq ir-riformi fil-perijodu maqbul.

Facebook Comments

Post a comment