Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea delettanti tal-fotografija jistgħu jieħdu sehem f’kompetizzjoni. Kull xahar jintgħażel suġġett u d-delettanti jibagħtu r-ritratt tagħhom marbut mas-suġġett flimkien ma’ formola għal tal-apposta. Ir-rebbieħ ikun mistieden biex jagħmel rapport fotografiku fi Strasburgu.
Wieħed jista’ jieħu sehem billi jibgħat ir-ritratt permezz tal-email fuq: webcom-flickr@europarl.europa.eu. Kumitat apposta jagħżel l-aqwa 10 ritratti li minnhom joħroġ ir-rebbieħ tax-xahar li awtomatikament ikun finalist għall-premju finali. L-aqwa ritratti jidhru fil-paġni tas-social media tal-Unjoni Ewropea fejn kulħadd ikun jista’ jivvota għar-ritratt li jogħġbu l-aktar. B’kollox se jkun hemm żewġ rebbieħa: ir-rebbieħ tal-ġurija u r-rebbieħ tal-opinjoni pubblika li jkun elett billi jkollu l-iktar likes fuq ir-ritratt. Iż-żewġ fotografi rebbieħa (tan-nies u tal-ġurija) jkunu mistednin għas-sessjoni plenarja ta’ Novembru 2015.
Is-suġġett ta’ dan ix-xahar huwa ‘Nisa u tfajliet’. Se tieħu ċans?

Facebook Comments

Post a comment