Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li għall-ewwel darba approvat tliet skemi ta’ ‘State Aid’ għal-linji tal-ajru u għall-ajruporti Franċiżi. L-iskemi huma relatati mal-investiment u mat-tisħiħ tal-operazzjonijiet fl-ajruporti u se jgħinu biex jinfetħu rotot ġodda tal-ajru. Dawn l-iskemi huma maħsuba biex il-Gvern Franċiż jagħti l-għajnuna tal-istat biex tikber il-konnettivita` fis-settur tal-avjazzjoni Franċiż. L-iskemi mistennija jnaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru u jgħinu fil-konnettivita` bejn reġjun u ieħor fi Franza. Il-KE qalet li dawn l-iskemi mistennija jgħinu fil-ħolqien ta’ rotot ġodda fi Franza. Dawn l-iskemi se jippermettu lill-Gvern Franċiż jagħti għajnuna tal-istat lill-ajruporti u lil-linji tal-ajru fuq perijodu ta’ għaxar snin mingħajr l-indħil tal-Kummissjoni Ewropea.

Facebook Comments

Post a comment