Ir-Renju Unit se jikkontribwixxi €8.6 biljun ewro bħala koofinanzjament fil-pjan ta’ Juncker. Ir-Renju Unit huwa d-disa’ stat li se jikkontribwixxi f’dan il-pjan, wara l-kontribuzzjonijiet tal-Polonja (€8 biljun), Ġermanja (€8 biljun), Spanja (€1.5 biljun), Franza (€8 biljun), Italja (€8 biljun), Slovakkja (€400 miljun), Bulgarija (€100 miljun) u l-Lussemburgu (€80 miljun). Il-koofinanzjament għal pjan ta’ Juncker s’issa jammonta għall-€42.6 biljun.

Il-pjan ta’ Juncker se jitnieda fil-Ħarifa li ġejja. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew ta’ Investiment qed jaħdmu fuq l-aħħar dettalji tal-pjan li huwa mfassal biex jattira €315 biljun f’investimenti fuq perijodu ta’ tliet snin.

Facebook Comments

Post a comment