Jean Claude Juncker qed jaħseb li bil-wasla ta’ Trump fil-White House, in-negozjati għal ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-UE u l-Istati Uniti (magħruf bħala TTIP) jistgħu jisfaw fix-xejn. Skont Juncker dan jista’ jseħħ mhux biss għaliex il-biljunarju Amerikan ma jidhirx li jħaddan valuri Ewropej, iżda għax ma jafx kif taħdem l-Ewropa u l-kumplament tad-dinja. “Irridu ngħallmu lil President li ġie elett fiex tikkonsisti l-Ewropa u nfehmuh il-prinċipji li fuqhom timxi.” L-Ewropa se titlef sentejn sakemm is-Sur Trump idur dinja li għadu ma jafx, qal Juncker, huwa u jwieġeb mistoqsijiet ta’ studenti waqt żjara fil-Lussemburgu. Juncker jemmen li l-affarijiet se jkunu diffiċli l-aktar għax b’mod ġenerali l-Amerikani ma għandhomx interess jew għandhom ftit interess fl-Ewropa.

Facebook Comments

Post a comment