L-iżviluppi fl-Ewropa fis-sentejn u nofs li ġejjin se jkunu qed joffru sfidi ġodda għal Malta li rridu noqogħdu attenti minnhom. Irridu niflu l-effett tad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-UE. Jekk l-UE issir għaqda militari, Malta tkun fuq il-fruntiera ta’ din l-għaqda militari minħabba l-qagħda ġeografika tagħha. Il-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna tipprojbixxi indħil f’alleanzi militari u irrispettivament minn dan irridu nifhmu jekk għaqda militari tal-UE tkunx fl-interess ta’ pajjiżna. L-Ewropa tista’ tieħu wkoll deċiżjonijiet li jaffettwaw is-servizzi finanzjarji f’pajjiżna. Quddiem l-istaġnar ekonomiku fl-Ewropa u wara l-iskandli tal-Luxleaks u tal-Karti tal-Panama, il-politiċi Ewropej issa jridu jilleġislaw dwar is-servizzi finanzjarji. Dawn il-miżuri jistgħu jaffettwaw is-servizzi finanzjarji f’pajjiżna li jammontaw għal 25% tal-ekonomija tagħna. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu fl-Unjoni Ewropa, anke jekk jistgħu jidhru mbiegħda minn Malta, jaffettwaw lilna u lill-familji tagħna. Irridu insegwu dak li għaddej fl-Ewropa u nistaqsu kontinwament kif se niġu affettwati mill-iżviluppi fl-Ewropa.

Dan qalu l-Ewroparlamentari Alfred Sant fil-Qawra meta indirizza udjenza numeruża dwar il-futur ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. “Ninsabu lejlet il-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea, li se tkun fi żmien delikat.  Se jkunu sitt xhur impenjattivi għal pajjiżna biex imexxi l-ħidma tal-Unjoni Ewropea iffaċċjata bi sfidi politiċi, ekonomiċi, soċjali u diplomatiċi. Kuntrarjament għal dak li għaddej fl-Ewropa, it-tmexxija ekonomika f’Malta ħolqot impjiegi u negozji ġodda b’riżultat tal-ħidma tal-Gvern Malti fl-aħħar tliet snin. Importanti li insegwu dak li għaddej fl-Ewropa għax dan se jaffettwana fil-futur.

“Irridu nifhmu xinhu fl-interess tagħna biex nagħmlu l-għażliet meħtieġa. L-ekonomija fl-Ewropa bdiet tirpilja, iżda baqa’ l-biżgħa li mil-lum għall-għada l-affarijiet jistgħu jmorru għall-agħar.  Il-mexxejja Ewropej mhumiex ċari għandhomx risposta għall-isfidi. L-istaġnar għadu jinħass fin-negozju u fin-nuqqas ta’ investiment. Anzjani jibżgħu li jitilfu l-pensjoni, żgħażagħ u ħaddiema bla prospetti ta’ impjiegi bil-perspettivi jingħalqu u bi dwejjaq dejjem jikber. Fejn se jwassal dan l-istaġnar? Id-dwejjaq fl-Ewropa qed jinfirex. Min m’għandu xejn x’jitlef qed jitbiegħed mill-partiti tradizzjonali u jersaq lejn dawk il-partiti li sa ftit ilu konna nsejħulhom faxxisti. L-Ewropa qed taqa’ lura ekonomikament u soċjalment u mhux tilqa’ għall-aspettattivi tan-nies. Għalija din hi l-aktar problema kruċjali.” saħaq Alfred Sant.

Dr Sant semma l-kriżijiet li laqtu l-Ewropa fl-aħħar sentejn u nofs fosthom is-sanzjonijiet mar-Russja li waqqfu proġetti kbar bħall-enerġija mir-Russja lejn l-Ewropa; l-isfiduċja f’pajjiżi kbar bħall-Ġermanja minħabba l-kriżi tal-immigrazzjoni; il-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa li ma jridux jaqsmu l-piż tal-immigranti meta pajjiżi bħall-Italja u Malta kienu ilhom jerfgħu waħedhom l-istess piż; in-nuqqas ta’ rieda tajba bejn l-UE u t-Turkija, li jekk tkun aċċettata membru fl-UE, issir l-akbar pajjiż fl-UE;  il-kriżi tat-terroriżmu li fl-aħħar xhur anke laqat lil Franza u lill-Belġju; l-effett tal-BREXIT fuq l-Ewropa fejn is-27 pajjiż iridu jiddefendu l-interessi tagħhom fin-negozjati li se jsiru mar-Renju Unit.

QED IBERRAQ BEJN L-UE U T-TURKIJA

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork Omer Celik ħabbar li pajjiżu mhu se jaċċetta xejn anqas milli jkun membru sħiħ tal-UE. Dan ...
Read More

SFIDI ĠODDA GĦAL MALTA

L-iżviluppi fl-Ewropa fis-sentejn u nofs li ġejjin se jkunu qed joffru sfidi ġodda għal Malta li rridu noqogħdu attenti minnhom ...
Read More

JUNCKER: TRUMP MA JAFX KIF TAĦDEM L-EWROPA

Jean Claude Juncker qed jaħseb li bil-wasla ta’ Trump fil-White House, in-negozjati għal ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-UE ...
Read More

NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI FUQ IX-XTUT TALJANI

In-numru ta’ immigranti li waslu fuq il-kosta Taljana f’Ottubru laħaq is-27, 500. Dan huwa livell rekord hekk kif in-numru rdoppja ...
Read More

ŻBALL LI L-UE TINFIREX LEJN ĦIDMIET MILITARI

Hu żball li l-Unjoni Ewropea tipprova tafferma l-għaqda tagħha billi tinfirex lejn ħidmiet militari. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew meta ta ...
Read More

IL-PRESIDENT TUNEŻIN FI BRUSSELL

Il-President Tuneżin Beji Caid Essebsi beda żjara fi Brussell. L-UE qed tgħid li lesta tgħin lit-Tuneżija u pajjiżi ġirien tal-Mediterran ...
Read More

IR-REGOLI TAŻ-ŻONA EWRO GĦANDHOM IKUNU RIVEDUTI

L-Ewropa għandha bżonn tagħraf li, indipendentement mill-Brexit u Trump, ir-regoli dwar l-investiment, ir-riformi strutturali u l-konsolidament fiskali jkunu riveduti. Fil-Parlament ...
Read More

KONTROLLI FUQ IL-QBID TAL-PIXXISPAD

Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ħut (ICCAT) qablet fuq pjan ta’ 15-il sena biex tipproteġi l-pixxispad. Il-Kummissjoni Ewropea qablet ukoll ma’ dan ...
Read More

ANQAS ŻEBBUĠ FL-EWROPA

Il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għas-sena 2016-2017 se tonqos b’10% fl-Ewropa kollha, l-aktar minħabba kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll minħabba attakki ta’ mard ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment