Għal dawk li jħobbu xi ħaġa mhux tas-soltu u jħobbu s-safar, għal dawk li jħobbu lukandi oriġinali, l-Ewropa toffrilhom doża ta’ kreattivita` permezz ta’ lukandi differenti milli aħna mdorrijin naraw issoltu.
Fl-Awstrija fid-Das Park Hotel wieħed jista’ jorqod f’lukanda li l-kmamar tagħha huma magħmula minn pajpijiet kbar. Din il-lukanda qegħda eżatt max-xmara Danubju. Trid tara biex temmen.

lukandi

Fin-Norveġja, fil-Bjorli Snow Hotel, wieħed jista’ jorqod f’palazz tas-silġ! Brrrr Fl-Olanda x’hemm isbaħ milli wara tazza nbid tajba, tmur torqod ġo bettija tal-Inbid fil-lukanda De Vrouwe van Stavoren.

lukandi2

Fil-Jumbo Hostel fi Stokkolma tista’ torqod f’lukanda b’forma ta’ ajruplan, ġo kabina li qisha dik tal-pilota u kompluta bil-maskli tal-ossiġenu. F’Berlin tista’ tipprova torqod fil-Propeller Island City Lodge. Hemmhekk tista’ tagħżel li torqod ġo tebut jew f’sodod żewġ metri ’l fuq mill-art. Maaa!

lukandi3

F’Pariġi l-One By the Five Hotel toffri atmosfera maġika, mhux biss għax hija lukanda mill-isbaħ li fiha tinsa l-problemi kollha, imma wkoll għax fiha tista’ tinsa l-flus ukoll. Filfatt jekk torqod hemm, jisparixxu.

lukandi4

Facebook Comments

Post a comment