Malta żżid l-investiment fl-edukazzjoni b’aktar minn 1% meta mqabbel mas-sena li għaddiet

Eurydice, in-network Ewropew li tispeċjalizza fl-edukazzjoni, ippubblikat informazzjoni dwar l-infiq fis-settur tal-edukazzjoni fil-pajjiżi Ewropej. B’kollox ġew studjati s-sistemi edukattivi ta’ 34 pajjiż. Permezz ta’ dan l-istudju, saru magħrufin il-pajjiżi li żiedu jew naqqsu l-ispiża tagħhom fl-edukazzjoni fl-2014.
Pajjiżi oħra li bħal Malta żiedu l-ispiża tagħhom b’1% fl-edukazzjoni huma l-Estonja, l-Ungerija, Latvja,Turkija u r-Renju Unit.
Seba’ pajjiżi li naqqsu l-investiment fl-edukazzjoni huma l-Awstrija, Belġju, Kroazja, Repubblika Ċeka, Finlandja, il-Greċja u l-Irlanda. Pajjiżi oħra, la żdiedu u lanqas naqqsu l-investiment fis-settur edukattiv.

Facebook Comments

Post a comment