1,700 impjegat, li minnhom 50 huma Maltin, qegħdin jistennew lill-Kummissjoni Ewropea toħroġhom mill-bini Jean Monet fil-Lussemburgu.

Dawn l-impjegati qed jaħdmu fil-preżenza tal-asbestos f’dan il-bini mikri lill-Kummissjoni Ewropea wara li kien stabbilit li kien hemm ammont ta’ asbestos.
Alfred Sant staqsa lill-Kummissjoni meta se toħroġ lil dawn l-imjegati minn dan il-bini u staqsa kemm-il każ ta’ asbestos ġie identifikat f’ħaddiema stazzjonati fil-bini Jean Monet. Il-Kummissjoni Ewropea ilha 20 sena biex tagħmel dan iċ-ċaqliq, minkejja l-preżenza konfermata tal-asbestos.
Sant fakkar lill-Kummissjoni Ewropea li fit-30 ta’ Novembru 2009 kienet ħarġet Liġi f’forma ta’ Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-asbestos fuq il-post tax-xogħol.
Rapporti mhux uffiċċjali jgħidu li żewġ impjegati li jaħdmu f’dan il-kumpless ġew affettwati bil-preżenza tal-asbestos.
Il-Kummissjoni Ewropea mistennija tagħti risposta lill-Ewroparlamentari Malti fil-bidu ta’ Jannar 2015.

Facebook Comments

Post a comment