L-ewwel siġra tal-Milied artifiċjali għamluha l-Ġermaniżi bir-rix miżbugħ tal-wiżż. L-ewwel darba li kien hemm riferenza dokumentata għas-siġra tal-Milied kien fil-Ġermanja, sewwasew fis-sena 1531.
Fil-Polonja jiddelettaw bil-brimb u l-għanqbud bħala parti mid-dekorazzjonijiet fuq is-siġra tal-Milied. Dan għaliex, skond leġġenda Pollakka, brimba nisġet kutra għal Ġesu` tarbija. Huwa għalhekk li fil-Polonja l-brimba fil-Milied hija simbolu ta’ tjieba u prosperita`.
L-ikbar kalzetta tal-Milied saret fl-Ingilterra. Kienet twila 32.56 metru u 14.97 wiesa’. Kienet tesa’ madwar 1,000 rigal. Din kienet maħduma miċ-Children’s Society f’Londra fl-14 ta’ Diċembru 2007.

Facebook Comments

Post a comment