Kollox jindika li Brexit se jseħħ u l-Gvern Brittaniku irid jagħlaq in-negozjati mal-UE sal-aħħar ta’ Novembru.

“Kulħadd jixtieq divorzju bi ftehim.” qal Alfred Sant fil-Qawra.

Dr Sant qal li t-tbassir ekonomiku għal Malta għadu pożittiv għas-sentejn li ġejjin u mhux se jkun determinat minn negozjati dwar il-Brexit.  L-ekonomija Maltija issa hija bbażata l-aktar fuq is-servizzi finanzjarji u t-turiżmu, żewġ setturi li kontinwament iddefenda fil-Parlament Ewropew  anke wara li l-UE tefgħet għajnejha fuqhom fl-aħħar snin.

Dr Sant saħaq dwar l-importanza ta’ ftehim tat-traffiku bl-ajru bejn Malta u r-Renju Unit, settur importanti għat-turiżmu peress li 40% tat-turisti jiġu mir-Renju Unit.

“L-obbligi tal-Gvern Brittaniku lejn iċ-ċittadini Maltin mhumiex relatati mal-Brexit. L-arranġamenti bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit se jibqgħu fis-seħħ. Brexit ma jaffettwax il-ftehim bilatareli li Malta għandha mar-Renju Unit dwar is-saħħa, it-trattament tal-morda fi sptarijiet Brittaniċi  u l-edukazzjoni, iżda se jiġu affettwati scholarships tal-UE għal studenti Maltin li jixtiequ jistudjaw fir-Renju Unit. Dawk li għandhom impjieg fir-Renju Unit mhux se jintlaqtu.

L-importazzjoni u l-esportazzjoni lejn ir-Renju Unit jiddependu mill-ftehim li se jintlaħaq mal-UE. Negozji żgħar jistgħu jintlaqtu minn dazji ġodda li jiġu introdotti fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni minn u lejn ir-Renju Unit, skont il-ftehim kummerċjali li jintlaħaq mal-UE.

TBASSIR EKONOMIKU POŻITTIV GĦAL MALTA MINKEJJA L-BREXIT

Kollox jindika li Brexit se jseħħ u l-Gvern Brittaniku irid jagħlaq in-negozjati mal-UE sal-aħħar ta’ Novembru. “Kulħadd jixtieq divorzju bi ...
Read More

BREXIT: ALFRED SANT JILTAQA’ MA’ BRANDON LEWIS

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant iltaqa’ mal-Ministru Brittaniku Brandon Lewis fil-Parlament Ewropew fi Brussell fejn iddiskutew ix-xenarji possibbli ...
Read More

IL-PRESIDENZA RUMENA SE TIĠĠIELED IL-KRIMINALITA` ‘ONLINE’

Il-ġlieda kontra l-kriminalita` ‘online’ se tkun il-prijorita` tal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE tar-Rumanija. Ir-Rumanija se tieħu t-tmun tal-Presidenza għall-ewwel darba minn Jannar ...
Read More

MOSCOVICI KUNTENT BL-AVVANZ TAD-DEMOKRATIĊI FL-ISTATI UNITI

Il-Kummissarju tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Pierre Moscovici esprima l-appoġġ tiegħu għad-Demokratiċi Amerikani, li rebħu l-Kamra tar-Rappreżentanti fl-elezzjonijiet ta’ nofs l-istaġun ...
Read More

JITNEĦĦA Ċ-CHAIRMAN TAD-DANSKE BANK

L-azzjonisti tal-Bank Danske, immexxija mill-kumpanija kbira tat-tbaħħir AP Moller Holding, qablu  li jitneħħa l-President Ole Andersen. Andersen ammetta li ħasel ...
Read More

KUNDIZZJONIJIET MILL-AGĦAR GĦALL-IMMIGRANTI FIL-GREĊJA

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa Dunja Mijatovic qalet li l-Greċja għandha tieħu l-passi meħtieġa biex ittejjeb il-kundizzjonijiet u l-integrazzjoni tal-immigranti ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA KAWTA DWAR IT-TURKIJA

Il-Kummissarju tan-Negozjati u t-Tkabbir tal-UE Johannes Hahn saħaq biex jintemmu n-negozjati ta’ dħul tat-Turkija fl-UE. Iżda l-Kummissjoni Ewropea stqarret il-pożizzjoni ...
Read More

KONTRA L-ANTI-SEMITIŻMU FL-EWROPA

Fis-6 u s-7 ta’ Diċembru l-Kunsill tal-UE mistenni jadotta dikjarazzjoni li tħares u tipproteġi l-komunitajiet u l-istituzzjonijiet Lhud fl-Ewropa ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment