Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa Dunja Mijatovic qalet li l-Greċja għandha tieħu l-passi meħtieġa biex ittejjeb il-kundizzjonijiet u l-integrazzjoni tal-immigranti u taħdem biex tnaqqas l-effetti li ħallew il-miżuri ta’ awsterita` fil-qasam tas-saħħa u l-edukazzjoni.
Ir-rapport sar wara żjara fil-gżira ta’ Lesvos f’ċentru li jilqa’ u jidentifika l-immigranti. Dawn iċ-ċentri magħrufa bħala ‘hotspots’ twaqqfu f’5 gżejjer Griegi taħt il-politika tal-immigrazzjoni tal-UE.
Fiċ-ċentru ta’ Lesvos f’Ġunju kien hemm mal-11, 500 immigrant meta l-post jesa’ 6, 200 ruħ. Dak inhar il-Greċja kienet qed toffri kenn lil 65, 000 immigrant, numru li tela’ għal 70,000 f’Settembru.
L-iffullar żejjed, l-iġjene skarsa, insigurta` u disprament li jinsab f’dawn iċ-ċentri qed iġibu fix-xejn l-isforzi li qed jagħmlu l-awtoritajiet Griegi biex jilqgħu l-immigranti.
Wara li l-pajjiżi ġirien tal-Greċja għalqu l-fruntieri tagħhom sentejn ilu, dan il-pajjiż ma baqax wieħed ta’ tranżitu għax l-immigranti qed ikollhom jibqgħu hemmhekk.
Il-miżuri ta’ awsterita` imposti fuq il-poplu Grieg ħallew l-impatt tagħhom anki fuq il-popolazzjoni Griega. Il-Kummissarju Mijatovic sejħet biex jiżdiedu n-nies li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u innotat id-deterjorament fil-qasam tal-edukazzjoni.
TBASSIR EKONOMIKU POŻITTIV GĦAL MALTA MINKEJJA L-BREXIT
Read More
BREXIT: ALFRED SANT JILTAQA’ MA’ BRANDON LEWIS
Read More
IL-PRESIDENZA RUMENA SE TIĠĠIELED IL-KRIMINALITA` ‘ONLINE’
Read More
MOSCOVICI KUNTENT BL-AVVANZ TAD-DEMOKRATIĊI FL-ISTATI UNITI
Read More
JITNEĦĦA Ċ-CHAIRMAN TAD-DANSKE BANK
Read More
KUNDIZZJONIJIET MILL-AGĦAR GĦALL-IMMIGRANTI FIL-GREĊJA
Read More
IL-KUMMISSJONI EWROPEA KAWTA DWAR IT-TURKIJA
Read More
KONTRA L-ANTI-SEMITIŻMU FL-EWROPA
Read More
Post a comment