It-tliet istituzzjonijiet tal-UE laħqu kompromess dwar l-elementi varji tal-baġit tal-UE għall-2019, inkluża żjieda ta’ 3.2% fuq dik tal-2018.
Id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill qablu fuq baġit tal-UE għas-sena d-dieħla ta’ € 165.795 biljun f’impenji totali, żjieda ta’ 3.17% meta mqabbla mal-2018. Għall-pagamenti, il-baġit huwa ta’ €148.198 biljun (+ 2.37% meta kkomparat mal-baġit tal-2018). Il-Parlament Ewropew kiseb żjidiet akbar minn dawk previsti mill-Kummissjoni għall-programm ta’ riċerka Horizon 2020 u Erasmus+ : € 150 miljun addizzjonali għall-programm ta’ riċerka Horizon 2020, li jirrappreżentaw żjieda ta’ 10% fil-baġit tal-programm meta mqabbel ma’ 2018, u €240 miljun addizzjonali għall-programm ta’ mobilità taż-żgħażagħ Erasmus +, li jirrappreżentaw żjieda ta’ 12% meta mqabbla mal-baġit annwali kurrenti.
Il-fondi li qed tingħata t-Turkija bħala għajnuna qabel tidħol membru tal-UE se jitnaqqsu b’€146.7 biljun minħabba l-problemi tal-pajjiż fl-oqsma tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-liberta` tal-istampa.
Il-ftehim jinkludi impenji ta’ €23.3 biljun (+6% meta mqabbla mal-2018) għat-tkabbir u l-impjiegi; €12.3 biljun għal Horizon 2020; €3.8 biljun għall-Faċilità Connecting Europe; – €2.8 biljun għall-Erasmus +; €400 miljun għall-SMEs (COSME); €350 miljun addizzjonali għall-Inizjattiva tax-Xogħol għaż-Żgħażagħ; €1.1 biljun għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (+55.85% meta mqabbel mal-2018); €533.5 miljun għall-Fond tas-Sigurtà Interna.
IT-TERRORIŻMU JERĠA’ JERFA’ RASU
Read More
L-EWROPA TRID TIEĦU ĦSIEB LIŻ-ŻGĦIR
Read More
IL-LEMIN ESTREM JIPPENETRA FL-ANDALUSIJA
Read More
ŻJIEDA TA’ 3.2% FIL-BAĠIT EWROPEW
Read More
JINNEGOZJAW L-ENERĠIJA BL-EWRO
Read More
SPANJA BL-AKTAR IMMIGRANTI
Read More
IN-NATO KONTRA ARMATA TAL-KOSOVO
Read More
TRASPORT B’XEJN FIL-LUSSEMBURGU
Read More
Post a comment