Id-deċiżjoni tal-Kosovo li ddawwar il-forzi tas-sigurta` tagħha f’armata hija “deċiżjoni li qed tittieħed f’ħin ħażin” u hija “fattur ikkumplikat” qalet in-NATO.
Il-ħolqien ta’ armata nazzjonali jeħtieġ emenda kostituzzjonali li teħtieġ l-appoġġ ta’ minoranza Serba. Biex jevita tibdil kostituzzjonali, il-Gvern tal-Kosovo irid isaħħaħ il-mandat tal-forzi tal-pajjiż. Dan it-tibdil ġie approvat fil-Parlament tal-Kosovo u mistenni jsir fi żmien 10 snin.
In-NATO qalet li qed tappoġġja lil forzi tas-sigurta` tal-Kosovo taħt il-mandat attwali tagħhom u qed twissi li jekk dan il-mandat jinbidel l-alleati jkunu jridu jiddeċiedu dwar il-konsegwenzi.
In-NATO għandha preżenza ta’ 4,000 suldat fil-Kosovo. In-NATO qalet li din il-preżenza se tibqa’ biex tkun żgurata l-istabilita` u s-sigurta` tal-pajjiż.
Il-Kosovo u s-Serbja qed jintalbu jimmoderaw it-tensjoni u d-diskorsi provokatorji ta’ bejniethom.
IT-TERRORIŻMU JERĠA’ JERFA’ RASU
Read More
L-EWROPA TRID TIEĦU ĦSIEB LIŻ-ŻGĦIR
Read More
IL-LEMIN ESTREM JIPPENETRA FL-ANDALUSIJA
Read More
ŻJIEDA TA’ 3.2% FIL-BAĠIT EWROPEW
Read More
JINNEGOZJAW L-ENERĠIJA BL-EWRO
Read More
SPANJA BL-AKTAR IMMIGRANTI
Read More
IN-NATO KONTRA ARMATA TAL-KOSOVO
Read More
TRASPORT B’XEJN FIL-LUSSEMBURGU
Read More
Post a comment