BOGĦOD MINN BRUSSELL
Din kienet ġimgħa li d-deputati Ewropej, jew il-maġġoranza tagħhom, qattgħu bogħod minn Brussell (jew Strasburgu). Kienet zmien maħsub biex l-istess deputati jzuru l-kostitwenzi li tellgħuhom u jzommu f’kuntatt magħhom. Jien qed nipprova nagħmel dan ukoll billi kemm jista’ jkun kull ġimgħa, nerġa’ niġi Malta. Talanqas ikollok il-Ġimgħa, parti mis-Sibt u parti mill-Ħadd li matulhom tkun