Dik li kellha tkun laqgħa kwieta bejn il-pajjiżi tal-UE u r-Renju Unit spiċċat fi skambju ta’ ideat imqanqla tant li l-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk talab għall-kalma u r-rispett.

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May akkużat l-UE li qed timmina l-pożizzjoni tagħha fl-elezzjonijiet li ġejjin. Dan wara li l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker qal li May qed tagħti impressjoni qarrieqa tan-negozjati li se jseħħu bejn pajjiżha u l-UE.

Juncker qal ukoll li l-lingwa Ingliża qed titlef mill-importanza hekk kif kompla d-diskors tiegħu bil-Franċiż u akkuża lir-Renju Unit li qed tabbanduna lill-Unjoni Ewropea.

L-ombudsman Ewropea Emily O’Reilly ikkomparat lir-Renju Unit u lil UE ma’ logħba tal-boxing, fejn il-parteċipanti jinsulentaw lil xulxin qabel ma jibdew it-taqbida. L-ombudsman qalet li l-informazzjoni lil mezzi tax-xandir aħjar tinħareġ mill-partijiet konċernati u mhux tingħata bil-moħbi.

L-UE diġa` ppubblikat linji gwida finali dwar it-tmexxija tan-negozjati filwaqt li l-Ministri tal-pajjiżi se jiffirmaw dokumenti aktar dettaljati dwar dan il-proċess. Id-dokumenti juru li r-Renju Unit u l-UE għandhom ideat differenti ħafna. Ir-Renju Unit tixtieq tilħaq ftehim fuq iċ-ċittadini sa Ġunju u tibda t-taħditiet dwar il-kummerċ pari passu mal-proċess tad-divorzju.

WIĊĊ ĠDID GĦALL-EWROPA

Emmanuel Macron wiegħed li jsaħħaħ il-kunfidenza mitlufa tal-Franċiżi u li se jniedi mill-ġdid l-Unjoni Ewropea. Macron ta’ 39 sena ħa ...
Read More

DISKUSSJONIJIET IMQANQLA BEJN LONDRA U BRUSSELL

Dik li kellha tkun laqgħa kwieta bejn il-pajjiżi tal-UE u r-Renju Unit spiċċat fi skambju ta’ ideat imqanqla tant li ...
Read More

MALTA BL-IKBAR TNAQQIS FIT-TNIĠĠIS TAL-ARJA

Fl-2016 il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea komplew inaqqsu l-emissjonijiet il-ħżiena (b’0.4%) għal arja aktar nadifa. B’kollox ħdax-il stat membru biss – ewlenija ...
Read More

L-OLANDA BL-INWKIET BIEX TIFFORMA GVERN

Wara l-elezzjonijiet tal-15 ta’ Marzu, l-Olanda ma rnexxilhiex tifforma koalizzjoni bejn il-partiti. It-taħditiet fallew minħabba nuqqas ta’ qbil fil-politika tal-immigrazzjoni ...
Read More

ATTAKKI ELETTRONIĊI JĦASSBU LIL ĠERMANJA

Erba’ xhur qabel l-elezzjonijiet fil-Ġermanja, l-aġenzija tas-sigurta` elettronika Ġermaniża BSI wissiet lil partiti politiċi biex isaħħu s-sistemi fil-kompjuters tagħhom. Il-Kap ...
Read More

ELEZZJONIJIET BIKRIJA FL-AWSTRIJA

Mal-ħatra tiegħu ta’ mexxej ġdid tal-partit konservattiv Awstrijakk, Sebastian Kurz għajjat elezzjoni bikrija fl-Awstrija. Il-partit tas-Soċjal-Demokratiku Christian Kern ammetta li ...
Read More

GĦAXAR STATI MEMBRI B’SURPLUS BAĠITARJU FL-2016

Għaxar stati membri, tmienja minnhom fiż-żona Ewro, kisbu surplus baġitarju fl-2016. Il-pajjiżi huma: il-Lussemburgu (+1.6% tal-Prodott Gross Nazzjonali), Malta (+1.0%), ...
Read More

MA JAQGĦUX FIN-NASSA TAL-POPULISTI

Ir-Rappreżentanta għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini temmen li r-riżultati tal-elezzjonijiet riċenti f’għadd ta’ stati membri  tal-Unjoni Ewropea turi li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment