Philip Hammond, Segretarju għall-Affarijiet Barranin Ingliż qal li r-Renju Unit jixtieq jinnegozja mal-Unjoni Ewropea fuq erba’ oqsma: is-suq intern u l-enfażi dwar it-tkabbir u l-impjiegi; l-integrazzjoni taż-żona ewro; il-prinċipju dwar il-kompetenza tal-UE li tilleġiżla u dwar il-benefiċċji soċjali. Dawn in-negozjati se jsiru qabel isir referendum dwar is-sħubija tar-Renju Unit fl-UE.

Hammond qal li l-UE għad trid tiftaħ aktar il-bibien tagħha għall-kummerċ dinji u għad trid tiffinalizza ftehim ta’ kummerċ mal-Istati Uniti, il-Ġapan, l-Asja u l-Amerika Latina. Hammond qal li huwa favur integrazzjoni aktar magħquda maż-żona ewro, iżda qal li l-ekonomiji li mhux parti miż-żona ewro għandhom ikunu protetti. Hammond qal li l-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE għandhom jingħataw aktar vuċi.

Dawn in-negozjati mhux qed ifittxu li titneħħa l-liberta` li l-ħaddiema jkunu liberi li jaħdmu f’pajjiżi differenti. Aħna rridu nipproteġu l-welfare system tar-Renju Unit mill-abbuż u rridu nnaqqsu l-inċentivi li jinkoraġġixxu ħaddiema b’ħiliet għolja biex jiġu lejn ir-Renju Unit u jagħmlu xogħlijiet li jeħtieġu ħiliet limitati. Irridu nevolvu l-libertajiet l-oħra, l-aktar dwar il-moviment ħieles tas-servizzi u tal-kapital. Dan għandu jsir biex niżguraw li mhux il-moviment ħieles tal-ħaddiema biss jikkontribwixxi għall-istandards ta’ għixien madwar l-Ewropa.’ Qal Hammond.

Facebook Comments

Post a comment