Il-linji tal-ajru Ewropej irreġistraw żieda fil-passiġġieri fl-2014, bil-medja tkun 80%. Is-sena l-oħra taru 11-il miljun passiġġier aktar f’titjiriet ta’ kumpaniji tal-ajru Ewropej fuq titjiriet interni, fl-Ewropa u titjiriet inter-kontinentali. Dan ifisser żieda ta’ 3% fuq 2013, minkejja t-tkabbir ċkejken tal-ekonomija. L-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA) qalet li l-linji tal-ajru laqgħu b’mod pożittiv din iż-żieda. L-istrateġiji kummerċjali ġodda u l-użu aħjar tal-ajruplani wasslet għal dawn ir-riżultati.

Facebook Comments

Post a comment