L-Islanda reġa’ bdielha dwar sħubija fl-UE, waqt li l-Moldova mistennija tapplika biex issir membru.

Il-Prim Ministru tal-Islanda Sigmundur Davio Gunnlaugsson (Ritratt Xellug) ħabbar li pajjiżu se jirtira l-applikazzjoni għas-sħubija mal-Unjoni Ewropea, minkejja li 22% tal-Islandiżi jixtiequ referendum dwar din id-deċiżjoni. ‘Il-parteċipazzjoni fit-taħditiet għal sħubija m’għadhomx validi minħabba l-bidliet li qed iseħħu fl-UE’ qal Gunnlaugsson.
Il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-Islanda xorta se tibqa’ viċin l-Unjoni bil-parteċipazzjoni tagħha fil-qasam ekonomiku tal-Unjoni u bis-sħubija tagħha fiż-żona Xengen. In-negozjati tal-Islanda mal-UE bdew fl-2009 u ġew iffriżati fl-2013 wara nuqqas ta’ qbil dwar il-kwoti tas-sajd.
Is-sena l-oħra l-Prim Ministru tal-Moldova Lurie Leanca (Ritratt Lemin) qal li jixtieq li l-Moldova tixtieq tissieħeb fl-UE fit-tieni nofs tal-2019, matul il-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-Ministri.

Facebook Comments

Post a comment