L-UE wieġbet għall-akkużi tal-Istati Uniti li patt militari Ewropew ġdid jirriskja li jagħlaq il-kumpaniji Amerikani tal-proġetti ta’ difiża tal-blokk u jimmina n-NATO.
Brussell jirriġetta totalment it-talbiet tal-Istati Uniti u qal li l-Unjoni tibqa’ totalment kommessa li taħdem mal-Istati Uniti bħala ‘partner’ fis-sigurta` u d-difiża minkejja t-tibdiliet li hemm pjanati.
L-Istati Uniti ikkritikat il-pjanijiet militari tal-UE u esprimiet it-tħassib li l-Fond ta’ Difiża Ewropea se jkun qed joħloq kompetizzjoni żejda bejn in-NATO u l-UE. L-Istati Uniti qalet li r-regoli li qed jiġu proposti mill-UE huma ta’ dannu għar-relazzjoni bejn in-NATO u l-UE u jreġġgħu lura l-arloġġ bi ħmistax-il sena.
Brussell saħqet li l-proġett ta’ għaqda militari mhux se jikkompeti man-NATO imma huwa immirat biex isaħħaħ l-investiment tal-istati membri f’difiża komuni biex iwettqu aħjar l-obbligi tagħhom lejn in-NATO.
L-amministrazzjoni ta’ Trump sa mill-bidu enfasizzat lil Ewropej biex iżidu l-ispiża fid-difiża inkella jirriskjaw jitilfu l-protezzjoni militari Amerikana. Dawn il-kummenti kienu l-aktar immirati lejn il-Ġermanja li sa issa tonfoq anqas minn 2% tal-PGD fid-difiża.
Fix-xhur riċenti l-UE kienet qed tistabbilixxi regoli għal pajjiżi mhux sħab tagħha bħal Istati Uniti, Norveġja u l-Ingilterra wara l-Brexit biex jipparteċipaw fi proġetti futuri ta’ difiża.
L-Amerikani huma mħassba li l-Ewropej se jkunu rivali fis-suq tat-tagħmir militari – kif ġara meta snin ilu l-Airbus sfidat lil Boeing għad-dominanza fl-avjazzjoni.
VOT LABURISTA, VOT FAVUR IŻ-ŻGĦIR
Read More
NURU LI AĦNA POPLU ĦANIN LI RRIDU PAJJIŻ AĦJAR, EWROPA AĦJAR
Read More
FAVUR IL-VALURI, L-INTERESSI U L-BŻONNIJIET TA’ GĦAWDEX FL-EWROPA
Read More
TAL-PN MUTI DWAR IL-KUMMISSARJU ĠDID EWROPEW NOMINAT MINN MALTA
Read More
VIDEO IWASSAL GĦAL ELEZZJONI BIKRIJA FL-AWSTRIJA
Read More
PRIJORITA` LILL-UGWALJANZA U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI
Read More
L-UE TRID ISSAĦĦAĦ ID-DIFIŻA
Read More
TAL-PN JAPPOĠĠJAW LIL WEBER BIEX TITNEĦĦA L-UNANIMITÀ DWAR TASSAZZJONI
Read More
Post a comment