Diġa` għaddew ħmistax-il ġurnata u l-Partit Nazzjonalista għadu ma weġibx għall-mistoqsija ta’ Alfred Sant jekk hux se jappoġġja n-nomina tal-Kummissarju Malti ġdid wara l-elezzjonijiet Ewropej. Il-poplu Malti u Għawdxi għandu dritt ikun jaf x’se tkun il-pożizzjoni tal-PN f’din l-eventwalita`. Tal-PN diġa` ħadmu kontra l-kandidatura ta’ Leo Brincat fil-Qorti tal-Awdituri. Did-darba jridu jgħidu minn issa x’se tkun il-pożizzjoni tagħhom.

Alfred Sant qal li l-ħsara li għamlu r-rappreżentanti tal-PN fil-Parlament Ewropew hija waħda kbira. Weġġgħu r-reputazzjoni ta’ Malta biex mingħalihom jirbħu punti politiċi. Did-darba tal-PN aċċelleraw il-ħsara lil Malta, ferm aktar milli kienu jagħmlu fis-snin tmenin tas-seklu l-ieħor meta kienu ippruvaw igerrxu l-investiment Ġermaniż minn Malta.

“Dawn għadhom l-istess nies.  Tletin sena ilu kienu jmorru fl-Ewropa biex ma jiftħux fabbriki f’Malta. Illum l-istess nies iħeġġu lill-partitarji Nazzjonalisti biex jivvotaw lil dawk li fl-aħħar ħames snin għamlu ħsara kemm felħu lil Malta. Tal-PN biss jikkalpestaw lil pajjiżhom! Imkien ma jiġru dawn l-affarijiet.”

Ħadd fil-Parlament Ewropew ma jaħdem kontra pajjiżu. Rajna delegazzjonijiet minn pajjiżi differenti tal-Ewropa jiddefendu lil pajjiżhom meta pajjiżhom kien ikkritikat.

Id-delegazzjonijiet tal-Partiti differenti ta’ Ċipru u tal-Irlanda kienu magħqudin jiddefendu lil pajjiżhom meta ġew ikkritikati fuq kwistjonijiet li jolqtu lill-popli tagħhom.

L-aktar ħaġa prezzjuża għalija hija l-isem ta’ Malta,  fil-Parlament Ewropew u kullimkien, qal Alfred Sant.

VOT LABURISTA, VOT FAVUR IŻ-ŻGĦIR

Vot lill-kandidati tal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet ta’ nhar is-Sibt huwa vot favur iż-żgħir, favur il-valuri li aħna nemmnu fihom bħala laburisti, ...
Read More

NURU LI AĦNA POPLU ĦANIN LI RRIDU PAJJIŻ AĦJAR, EWROPA AĦJAR

Fl-elezzjonijiet Ewropej irridu nagħtu sinjal ċar li rridu lil pajjiżna jitmexxa bil-valuri tal-ħelsien, tas-solidarjetà, tal-ġustizzja soċjali, tal-ugwaljanza, li ħadd mhu għar-rimi. Irridu nuru li ...
Read More

FAVUR IL-VALURI, L-INTERESSI U L-BŻONNIJIET TA’ GĦAWDEX FL-EWROPA

Il-vuċi ta’ gżejjer żgħar għandu jkollha l-post tagħha fl-UE biex fil-ħames snin li ġejjin jinstabu soluzzjonijiet politiċi li jersqu lejn ...
Read More

TAL-PN MUTI DWAR IL-KUMMISSARJU ĠDID EWROPEW NOMINAT MINN MALTA

Diġa` għaddew ħmistax-il ġurnata u l-Partit Nazzjonalista għadu ma weġibx għall-mistoqsija ta’ Alfred Sant jekk hux se jappoġġja n-nomina tal-Kummissarju ...
Read More

VIDEO IWASSAL GĦAL ELEZZJONI BIKRIJA FL-AWSTRIJA

Video li  juri lil mexxej tal-lemin estrem Awstrijak Heinz-Christian Strache ipartat kuntratti pubbliċi ma’ donazzjonijiet għal partit tiegħu wassal biex ...
Read More

PRIJORITA` LILL-UGWALJANZA U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI

L-Ewropa għandha bżonn qalb li tħares lill-ħaddiema, lill-uliedhom, liż-żgħażagħ, lil dawk li qed jaħdmu bil-prekarjat, lill-anzjani, lil dawk l-aktar vulnerabbli ...
Read More

L-UE TRID ISSAĦĦAĦ ID-DIFIŻA

L-UE wieġbet għall-akkużi tal-Istati Uniti li patt militari Ewropew ġdid jirriskja li jagħlaq il-kumpaniji Amerikani tal-proġetti ta' difiża tal-blokk u ...
Read More

TAL-PN JAPPOĠĠJAW LIL WEBER  BIEX TITNEĦĦA L-UNANIMITÀ DWAR TASSAZZJONI

Manfred Weber għandu l-appoġġ tal-PN biex ineħħi l-politika  ta’ unanimità fil-Kunsill Ewropew dwar il-politika ta’ tassazzjoni tal-istati membri tal-UE. Din ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment