Il-Kummissjoni Ewropea qalet li r-riżenja tal-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras ma kinitx sorpriża. Elezzjoni ġenerali bikrija mistennija ssir fil-Greċja fl-20 ta’ Settembru. Annika Breidthardt kelliema għall-KE qalet li l-Kummissjoni mhux qed tinkwieta fuq l-implimentazzjoni tar-riformi imposti mill-UE fuq il-Greċja għaliex dawn diġa` għaddew mill-parlament u se jibdew jitwettqu minn Ottubru li ġej, irrispettivament mill-elezzjonijiet.
Tsipras għadu popolari fil-Greċja u x-xandir Grieg interpreta d-deċiżjoni ta’ Tsipras bħala mezz biex jikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu u jirranġa l-partit tas-Syriza. Madwar 20 membru tas-Syriza rriżenjaw mill-partit biex jiffurmaw partit ġdid bl-isem ta’ ‘Għaqda Popolari’ mmexxi mill-ex ministru tal-enerġija Panagiotis Lafazanis. Dan il-partit huwa kontra l-għajnuna finanzjarja li se tingħata l-Greċja u huwa lest li jerġa’ jirrifjuta r-riformi imposti mill-UE u favur li l-Greċja toħroġ miż-żona ewro.
Il-pajjiżi taż-żona ewro se jerġgħu jiddiskutu d-dejn tal-Greċja f’Ottubru li ġej. Il-Kummissjoni qalet li analizzat l-impatt soċjali tal-programm ta’ riformi Grieg. Skont ir-riżultati, jekk ir-riformi jkunu implimentati b’mod sħiħ u fiż-żmien stipulat, il-miżuri se jwasslu lill-Greċja fit-triq tal-istabilita` u t-tkabbir b’mod li hu vijabbli soċjalment u finanzjarjament.
Skont il-ġurnal Franċiż Le Monde, Alexis Tsipras staqsa lil Parlament Ewropew biex ikun involut direttament u b’mod sħiħ fil-moniteraġġ tal-implimentazzjoni tat-tielet pjan ta’ salvataġġ tal-Greċja.
CYPRUS AIRWAYS UĠIGĦ TA’ RAS GĦALL‑KUMMISSJONI EWROPEA
Read More
TIGGRAVA L‑KRIŻI TAL‑IMMIGRAZZJONI FIL‑MEDITERRAN U FIL‑BALKANI
Read More
IR‑RIŻENJA TA’ TSIPRAS MA TTIĦDITX B’SORPRIŻA
Read More
‘M’HEMMX UNJONI EWROPEA, BLA RENJU UNIT’
Read More
L‑UNGERIJA TIPPROVA TEVADI T‑TRATTAT TA’ DUBLIN
Read More
F’LULJU BAQGĦET STABBLI R‑RATA TA’ INFLAZZJONI FIŻ‑ŻONA EWRO ‑ B’0.2%
Read More
MA JISTGĦUX JISTADU GĦAT‑TONN
Read More
STRESS TESTS GĦALL‑BANEK EWROPEJ
Read More
L‑UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA (EMU)
Read More
JHEDDU LI JWAQQFU S-SUSSIDJU LILL-EURONEWS
Read More
Post a comment