‘Mingħajr ir-Renju Unit m’hemmx Unjoni Ewropea’ qal il-Ministru tal-Finanzi Finlandiż Alexander Stubb. Stubb qal dan lill-Ministru Ingliż George Osborne waqt il-mawra ta’ Osborne fil-pajjiżi Skandinavi biex jikseb appoġġ għar-riformi li l-Ingliżi jixtiequ jiksbu mill-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Finlandiż qal li dak li qed iħasseb lill-Gvern Brittanniku għandu jittieħed bis-serjeta`.

 Osborne uża l-mawra tiegħu ta’ ġurnata fil-Finlandja, l-Isvezja u d-Danimarka biex jiffoka dwar il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ dawk l-istati membri li ma addottawx l-ewro. Min-naħa l-oħra d-19-il pajjiż li jużaw din il-munita qed jimbuttaw għal aktar għaqda u integrazzjoni ekonomika. Il-Ministru tal-Finanzi Svediża Magdalena Andersson ukoll saħqet fuq l-istess punt ta’ Osborne. Saħqet li għandu jkun evitat il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

Osborne, li x-xahar li għadda żar Pariġi biex jiddiskuti r-riformi tal-UE qal li huwa possibbli li jintlaħaq ftehim fuq wieħed mill-punti ċentrali tal-pjanijiet Brittanniċi – aktar kontroll fuq il-pagamenti tas-sigurta` soċjali lill-immigranti li jaslu fir-Renju Unit.

 Il-Prim Ministru Konservattiv David Cameron, li reġa’ ġie elett għal terminu ieħor f’Mejju li għadda, tela’ bl-għan li jirrinegozja s-sħubija tar-Renju Unit mal-UE u bl-għajta li se jagħmel referendum fl-aħħar tal-2017 biex l-Ingliżi jagħżlu jridux jibqgħu ġewwa jew barra l-UE. Cameron se jagħmel kampanja favur li r-Renju Unit jibqa’ membru tal-UE jekk ir-riformi li qed jipproponi lill-UE jitwettqu. Jekk le, il-Konservattivi aktarx jagħmlu kampanja biex pajjiżhom joħroġ mill-UE. Din id-deċiżjoni jista’ jkollha konsegwenzi fuq il-kummerċ, l-investiment u l-pożizzjoni tar-Renju Unit fix-xena internazzjonali.

 

CYPRUS AIRWAYS UĠIGĦ TA’ RAS GĦALL‑KUMMISSJONI EWROPEA

L-għeluq ta’ Cyprus Airways u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-għajnuna tal-istat li ngħatat kienet ‘illegali’ tibqa’ uġigħ ta’ ras għal Brussell, ...
Read More

TIGGRAVA L‑KRIŻI TAL‑IMMIGRAZZJONI FIL‑MEDITERRAN U FIL‑BALKANI

Il-Kummissjoni Ewropea għadha tittama li aktar tard din is-sena l-istati membri jaqblu mal-proposti tagħha biex ikun hemm mekkaniżmu permanenti għall-qsim ...
Read More

IR‑RIŻENJA TA’ TSIPRAS MA TTIĦDITX B’SORPRIŻA

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li r-riżenja tal-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras ma kinitx sorpriża. Elezzjoni ġenerali bikrija mistennija ssir fil-Greċja fl-20 ...
Read More

‘M’HEMMX UNJONI EWROPEA, BLA RENJU UNIT’

‘Mingħajr ir-Renju Unit m’hemmx Unjoni Ewropea’ qal il-Ministru tal-Finanzi Finlandiż Alexander Stubb. Stubb qal dan lill-Ministru Ingliż George Osborne waqt ...
Read More

L‑UNGERIJA TIPPROVA TEVADI T‑TRATTAT TA’ DUBLIN

Il-gvern Ungeriż qed jibni ħajt fil-fruntiera mas-Serbja biex iwaqqaf in-numru dejjem jikber ta’ immigranti li qed jaqsmu l-Ungerija. Il-ħajt se ...
Read More

F’LULJU BAQGĦET STABBLI R‑RATA TA’ INFLAZZJONI FIŻ‑ŻONA EWRO ‑ B’0.2%

L-inflazzjoni fiż-żona tal-ewro u fl-Unjoni Ewropea bejn Ġunju u Lulju baqgħet stabbli. Skont il-Eurostat, f’Lulju l-inflazzjoni fiż-żona ewro baqgħet 0.2% ...
Read More

MA JISTGĦUX JISTADU GĦAT‑TONN

Il-Kummissjoni Ewropea nhar it-tnejn 24 ta’ Awwissu addottat regola li tipprojbixxi bastimenti tas-sajd ‘purse seiners’ li jtajru l-bandiera jew huma ...
Read More

STRESS TESTS GĦALL‑BANEK EWROPEJ

Bejn 50 u 60 bank fiż-żona ewro se jsirulhom ‘stress tests’ fl-2016. L-istress tests se jsiru mill-Awtorita` tal-Bankiera Ewropej bil-kollaborazzjoni tal-Bank Ċentrali ...
Read More

L‑UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA (EMU)

L-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU) tinvolvi l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u fiskali, politika monetarja komuni, u munita komuni, l-ewro. Fl-Unjoni Ekonomika ...
Read More

JHEDDU LI JWAQQFU S-SUSSIDJU LILL-EURONEWS

Wara li l-biljunarju Eġizzjan Naguib Sawiris xtara l-parti l-kbira tal-ishma tal-Euronews u qed iwiegħed stabilita` finanzjarja, politiċi kemm tax-xellug u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment