Il-gvern Ungeriż qed jibni ħajt fil-fruntiera mas-Serbja biex iwaqqaf in-numru dejjem jikber ta’ immigranti li qed jaqsmu l-Ungerija. Il-ħajt se jkun lest fl-aħħar ta’ Awwissu. Imma għaliex il-ħajt qed jinbena f’din il-fruntiera mas-Serbja biss? L-immigranti jivvjaġġaw mijiet ta’ mili biex jidħlu l-Ewropa. Ħajt li huwa twil ftit aktar minn 100 mil mhux se jwaqqafhom. Allura l-Ungerija għaliex qed tibni dan il-ħajt?
L-għan hu li jiddevja l-immigranti lejn il-Kroazja u r-Rumanija li huma membri tal-UE. Skont ir-regolamenti tat-trattat ta’ Dublin, l-ewwel stat li fuqu jirfsu l-immigranti huwa responsabbli biex jipproċessa t-talbiet tal-istess immigranti u jkun responsabbli għalihom. Billi tiddevja l-immigranti, l-Ungerija tevadi l-obbligazzjonijiet tat-trattat ta’ Dublin.
It-trattat ta’ Dublin jisħaq li l-istat li hu responsabbli għall-immigranti jrid jipprovdi livell ta’ għixien diċenti, jiggarantixxi saħħa fiżika u mentali lill-immigranti, u liberta`. L-immigranti ma jistgħux ikunu miżmuma f’ċentru ta’ detenzjoni magħluq sakemm it-talba tagħhom tkun ipproċessata imma għandhom jingħataw kenn, pariri legali u servizzi mediċi. F’temp ta’ disa’ xhur l-adulti għandhom jitħallew jidħlu fid-dinja tax-xogħol u l-minuri għandhom jiddaħħlu fl-iskejjel fi żmien tliet xhur.
CYPRUS AIRWAYS UĠIGĦ TA’ RAS GĦALL‑KUMMISSJONI EWROPEA
Read More
TIGGRAVA L‑KRIŻI TAL‑IMMIGRAZZJONI FIL‑MEDITERRAN U FIL‑BALKANI
Read More
IR‑RIŻENJA TA’ TSIPRAS MA TTIĦDITX B’SORPRIŻA
Read More
‘M’HEMMX UNJONI EWROPEA, BLA RENJU UNIT’
Read More
L‑UNGERIJA TIPPROVA TEVADI T‑TRATTAT TA’ DUBLIN
Read More
F’LULJU BAQGĦET STABBLI R‑RATA TA’ INFLAZZJONI FIŻ‑ŻONA EWRO ‑ B’0.2%
Read More
MA JISTGĦUX JISTADU GĦAT‑TONN
Read More
STRESS TESTS GĦALL‑BANEK EWROPEJ
Read More
L‑UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA (EMU)
Read More
JHEDDU LI JWAQQFU S-SUSSIDJU LILL-EURONEWS
Read More
Post a comment