Il-Kummissjoni Ewropea qed tippjana regoli biex tħares kumpaniji strateġiċi Ewropej milli jinxtraw minn kumpaniji Ċiniżi. Kumpaniji tat-teknoloġija u oħrajn tal-infrastruttura, speċjalment fi Franza u l-Ġermanja huma mfittxija ħafna mis-suq Ċiniż. Ftit ilu qamet agħa sħiħa meta l-kumpanija tar-robotika Ġermaniża Kuka nxtrat mill-Midea, kumpanija Ċiniża li timmanifattura l-washing mashines u r-rice cookers.
Juncker mistenni jippreżenta l-proposti tiegħu dwar l-investiment Ċiniż fl-Ewropa f’Settembru fid-diskors annwali dwar l-Istat tal-Unjoni. Għalissa ċertu dettalji għadhom mhumiex ċari. Iċ-Ċina investiet €75 biljun f’xiri ta’ kumpaniji Ewropej fl-2016. Il-Kummissjoni mħassba li ċertu investiment Ċiniż qed isir permezz ta’ sussidji tal-Istat Ċiniż biex iċ-Ċina takkwista teknoloġija għall-iżvilupp nazzjonali tagħha.
L-Italja u Franza qed jagħmlu l-proposti tagħhom biex jgħinu fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Iċ-Ċina qed topponi dan il-pjan. Geng Shuang, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ċiniż qal li, “Aħna mħassbin b’din il-mossa tal-Ġermanja u tal-Ewropa.”
X’aktarx li bir-regoli l-ġodda l-Kummissjoni tkun tista’ tifli bir-reqqa ċerti akwisti fl-istati membri u twaqqafhom fuq il-prinċipji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li ma jħallux li jsiru ċerti investimenti għal raġunijiet ta’ “sigurta` nazzjonali” u “ordni pubblika”. Biex il-pjan tal-KE jirnexxi, l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea mistennija jaddottaw qafas legali komuni għax-xerrejja Ċiniżi.
IMĠEDDED IL-PJAN TA’ SALVATAĠĠ FIL-MEDITERRAN
Read MoreJUNCKER JIPPREFERI LIL MERKEL
Read MoreINTERESS F’AĠENZIJI BBAŻATI F’LONDRA
Read MoreIL-KUMMISSJONI EWROPEA LESTA TISSANZJONA LIL POLONJA
Read MoreANQAS EWRO FOLOZ FL-IDEJN
Read MoreTĦASSIB DWAR XIRI TA’ KUMPANIJI EWROPEJ MIĊ-ĊINIŻI
Read MoreL-AWSTRIJA KONTRA S-SĦUBIJA TAT-TURKIJA FL-UE
Read MorePILOTI EWROPEJ IRIDU KWALIFIKA GĦAD-DRONES
Read More
Post a comment