Kien reġistrat interess kbir fost stati membri tal-UE li jibdew joperaw aġenziji li s’issa kienu bbażati f’Londra. Wara l-BREXIT 20 stat membru tal-UE huma mħajra jospitaw il-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija tal-Mediċini Ewropea jew l-Awtorita` Ewropea tal-Banek. Il-pajjiżi interessati setgħu japplikaw sal-31 ta’ Lulju u d-deċiżjoni mill-Kunsill Ġenerali se tittieħed f’Novembru tal-2017. Il-mexxejja tal-istati membri qablu dwar il-kriterji li għandhom jintużaw biex jintgħażel il-pajjiż li fihom se jkunu bbażati dawn l-aġenziji. Fost il-kriterji msemmija hemm l-aċċessibbilta`, infrastruttura adegwata biex ikunu ospitati l-familji tal-impjegati, aċċess għas-suq tax-xogħol, sigurta` soċjali u servizzi tas-saħħa għall-familji tal-impjegati, u kontinwita` fix-xogħol.

Madwar 20 stat membru wrew ix-xewqa li jospitaw waħda miż-żewġ aġenziji. L-Irlanda (Dublin), id-Danimarka (Copenhagen), Finlandja (Helsinki) u Malta (SmartCity) għamlu ħafna kampanji fil-media biex jospitaw l-Aġenzija tal-Mediċini Ewropea. Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Danimarka, Ġermanja, Irlanda, Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru, Ungerija, Malta, l-Olanda, Awstrija, Portugall, Rumanija, Slovenja, Slovakkja, Polonja, Finlandja u Svezja kollha ssottomettew tal-inqas applikazzjoni waħda.

Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed tanalizza l-applikazzjonijiet u tqabbilhom mas-sitt kriterji. Il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali f’Novembru jgħaddi vot fuq l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini. Kull stat membru jrid jagħti tliet punti fuq il-post li l-aktar jippreferi, u żewġ punti u punt lit-tieni u t-tielet pajjiż li jippreferi. Jekk l-ebda belt ma tikseb maġġoranza, jerġa’ jittieħed il-vot b’kull pajjiż jagħti vot wieħed biss. L-istess proċedura ssir fil-konfront tal-Awtorita` Ewropea tal-Banek.

IMĠEDDED IL-PJAN TA’ SALVATAĠĠ FIL-MEDITERRAN

L-UE ġeddet il-programm tal-operazzjonijiet ta’ salvataġġ fil-Mediterran sa Diċembru tal-2018. L-għan ta’ dan il-programm huwa li taqbad lit-traffikanti tal-persuni u ...
Read More

JUNCKER JIPPREFERI LIL MERKEL

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jixtieq jara l-partit Demo-Kristjan ta’ Angela Merkel rebbieħ fl-elezzjonijiet Ġermaniżi li se jsiru f’Settembru ...
Read More

INTERESS F’AĠENZIJI BBAŻATI F’LONDRA

Kien reġistrat interess kbir fost stati membri tal-UE li jibdew joperaw aġenziji li s’issa kienu bbażati f’Londra. Wara l-BREXIT 20 ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA LESTA TISSANZJONA LIL POLONJA

Il-Kummissjoni Ewropea wissiet li lesta tissanzjona lil Polonja jekk il-gvern Pollakk jgħaddi erba’ liġijiet proposti biex jibdlu l-mod kif jinħatru ...
Read More

ANQAS EWRO FOLOZ FL-IDEJN

Fl-ewwel sitt xhur tal-2017 tneħħew miċ-ċirkolazzjoni madwar 331, 000 karta tal-flus tal-ewro falza. Dan juri li n-numru tal-karti foloz tal-Ewro ...
Read More

TĦASSIB DWAR XIRI TA’ KUMPANIJI EWROPEJ MIĊ-ĊINIŻI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tippjana regoli biex tħares kumpaniji strateġiċi Ewropej milli jinxtraw minn kumpaniji Ċiniżi. Kumpaniji tat-teknoloġija u oħrajn tal-infrastruttura, ...
Read More

L-AWSTRIJA KONTRA S-SĦUBIJA TAT-TURKIJA FL-UE

Il-Kanċillier Awtrijak Christian Kern stqarr li importanti jintqal li t-Turkija mhux kandidata biex issir membru sħiħ tal-UE. Mill-attentat kolp ta’ ...
Read More

PILOTI EWROPEJ IRIDU KWALIFIKA GĦAD-DRONES

L-Assoċjazzjoni tal-piloti Ewropej qed issejjaħ għall-introduzzjoni ta’ miżuri urġenti wara l-publikazzjoni ta’ studju dwar ħabtiet bejn ajruplani u drones. L-istudju ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment