Il-Kanċillier Awtrijak Christian Kern stqarr li importanti jintqal li t-Turkija mhux kandidata biex issir membru sħiħ tal-UE. Mill-attentat kolp ta’ stat fit-Turkija, l-Awstrija tenniet li n-negozjati għad-dħul tat-Turkija għandhom ikunu sospiżi.

“Din hija kwistjoni ta’ kredibilita`. Nagħtu lit-Turkija aktar minn €3 biljuni biex issir membru. Ma jagħmilx sens li nħallsu għall-implimentazzjoni ta’ strutturi legali biex imbagħad nesperjenzaw l-oppost. Ma nistgħux infiehmu dan kollu lil dawk li jħallsu t-taxxi fil-Ġermanja u l-Awstrija. Din hija kwistjoni differenti mill-għajnuna li qed tingħata lir-refuġjati Sirjani – f’dan il-qasam it-Turkija qed tkun impekkabbli.” qal Kern.

Il-Kummissarju Ewropew għan-Negozjati tat-Tkabbir tal-Unjoni Johannes Hahn qal li waqt li l-fondi għad-dħul tat-Turkija fl-UE jammontaw għal €4.2 biljun għal perijodu 2014-2020, €190 miljun biss tħallsu għalissa. 

Kern ikkritika s-sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt fit-Turkija.

“X’qed jiġri fir-rigward tad-drittijiet umani huwa totalment inaċċettabbli. It-Turkija qabżet kważi l-linji ħomor kollha. Il-mod kif Ankara ġabet ruħha lejn dawk li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-membri tal-oppożizzjoni huwa att ta’ vjolenza dittatorjali.”

Kern qal li l-Ewropa hija komunita` ta’ valuri.

“Ma rridux inqisu biss l-interessi ekonomiċi tagħna. L-Ewropa qatt ma tista’ tiddiġerixxi l-integrazzjoni ekonomika tat-Turkija.”

Intant fi tmiem djalogu politiku bejn l-UE u t-Turkija, ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qalet li t-Turkija “kienet u se tibqa’” kandidata biex issir membru fl-UE.

IMĠEDDED IL-PJAN TA’ SALVATAĠĠ FIL-MEDITERRAN

L-UE ġeddet il-programm tal-operazzjonijiet ta’ salvataġġ fil-Mediterran sa Diċembru tal-2018. L-għan ta’ dan il-programm huwa li taqbad lit-traffikanti tal-persuni u ...
Read More

JUNCKER JIPPREFERI LIL MERKEL

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jixtieq jara l-partit Demo-Kristjan ta’ Angela Merkel rebbieħ fl-elezzjonijiet Ġermaniżi li se jsiru f’Settembru ...
Read More

INTERESS F’AĠENZIJI BBAŻATI F’LONDRA

Kien reġistrat interess kbir fost stati membri tal-UE li jibdew joperaw aġenziji li s’issa kienu bbażati f’Londra. Wara l-BREXIT 20 ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA LESTA TISSANZJONA LIL POLONJA

Il-Kummissjoni Ewropea wissiet li lesta tissanzjona lil Polonja jekk il-gvern Pollakk jgħaddi erba’ liġijiet proposti biex jibdlu l-mod kif jinħatru ...
Read More

ANQAS EWRO FOLOZ FL-IDEJN

Fl-ewwel sitt xhur tal-2017 tneħħew miċ-ċirkolazzjoni madwar 331, 000 karta tal-flus tal-ewro falza. Dan juri li n-numru tal-karti foloz tal-Ewro ...
Read More

TĦASSIB DWAR XIRI TA’ KUMPANIJI EWROPEJ MIĊ-ĊINIŻI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tippjana regoli biex tħares kumpaniji strateġiċi Ewropej milli jinxtraw minn kumpaniji Ċiniżi. Kumpaniji tat-teknoloġija u oħrajn tal-infrastruttura, ...
Read More

L-AWSTRIJA KONTRA S-SĦUBIJA TAT-TURKIJA FL-UE

Il-Kanċillier Awtrijak Christian Kern stqarr li importanti jintqal li t-Turkija mhux kandidata biex issir membru sħiħ tal-UE. Mill-attentat kolp ta’ ...
Read More

PILOTI EWROPEJ IRIDU KWALIFIKA GĦAD-DRONES

L-Assoċjazzjoni tal-piloti Ewropej qed issejjaħ għall-introduzzjoni ta’ miżuri urġenti wara l-publikazzjoni ta’ studju dwar ħabtiet bejn ajruplani u drones. L-istudju ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment