Minn Ġunju l-Punent tal-Mediterran sar l-aktar rotta popolari għal immigrazzjoni irregolari lejn l-Ewropa. Skont l-aġenzija Ewropea tal-Fruntieri u l-Għassa tal-Kosta (Frontex) il-persentaġġ ta’ immigranti irregolari li waslu Spanja huwa 166% ogħla mis-sena l-oħra u laħaq 6, 400 f’Ġunju.

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, kien hemm 14, 700 traġitt fir-rotta tal-Punent tal-Mediterran, kważi d-doppju tas-sena l-oħra. L-immigranti ġew l-aktar mill-Marokk, mill-Guinea u mill-Mali.

Din ir-rotta qed issir aktar popolari minn dik tal-Mediterran Ċentrali, li għadha fil-qalba tal-kontroversja minħabba r-rifjut tal-Italja li tiftaħ il-portijiet tagħha. In-numru ta’ immigranti li waslu l-Italja f’Ġunju naqas b’madwar 3,000 – tnaqqis ta’ 87% minn Ġunju 2017. It-total ta’ immigranti li qasmu din ir-rotta fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena laħaq is-16, 100 – tnaqqis ta’ 81% fuq l-istess perijodu tas-sena l-oħra. L-immigranti irregolari li jużaw din ir-rotta huma l-aktar Tunesini u Eritreani.

L-immigranti irregolari li wżaw ir-rotta tal-Mediterran tal-Punent telgħu għal 3, 600 f’Ġunju. Iżda minħabba li f’din ir-rotta żdiedu t-traġitti irregolari fuq l-art mill-fruntiera tat-Turkija, in-numru ta’ immigranti, l-aktar mis-Sirja u l-Iraq, laħaq l-24, 300 fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.

ENERĠIJA AMERIKANA FLOK DIK RUSSA

L-UE u l-Istati Uniti qablu li jżidu l-kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija, l-aktar billi tiżdied l-importazzjoni tal-LNG Amerikan fl-Ewropa u għalhekk titnaqqas ...
Read More

PROPOSTI TA’ ALFRED SANT FAVUR L-INTRAPRIŻI Ż-ŻGĦAR FL-UE ADOTTATI FL-ECON

Il-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON) adotta bosta miżuri proposti mill-MEP Malti Alfred Sant li emendaw il-proposti tal-Kummissjoni ...
Read More

GĦAJNEJN L-EWROPA FUQ IL-GREĊJA

Il-Kummissjoni Ewropea se ssegwi mill-qrib il-politika fiskali tal-Greċja u ssegwi l-wegħdiet ta' dan il-pajjiż hekk kif fl-20 ta’ Awwissu jintemm ...
Read More

KOOPERAZZJONI AKBAR MAN-NATO

L-UE qed taħdem favur aktar kooperazzjoni man-NATO fil-qasam tal-mobilita` militari permezz ta’ pjan ta’ azzjoni u proġett strutturat ta’ kooperazzjoni ...
Read More

KOOPERAZZJONI AĦJAR BEJN L-UE U L-EĠITTU

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE u l-Politika ta’ Sigurta` Federica Mogherini u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Eġizzjan Sameh Shoukry qablu li ...
Read More

SPANJA L-AKTAR POPOLARI MAL-IMMIGRANTI

Minn Ġunju l-Punent tal-Mediterran sar l-aktar rotta popolari għal immigrazzjoni irregolari lejn l-Ewropa. Skont l-aġenzija Ewropea tal-Fruntieri u l-Għassa tal-Kosta ...
Read More

STORJA TA’ SUĊĊESS

L-artist Għawdxi Christopher Saliba stieden lil Alfred Sant iżur il-Gallerija tal-Arti f’ART CUBE, fi Triq l-Imġarr ix-Xewkija Għawdex fejn jesebixxi ...
Read More

L-AŻERBAJĠAN EQREB LEJN L-UE

L-UE u l-Ażerbajġan se jiffokaw fuq erba’ oqsma ta’ kooperazzjoni. L-ewwel qasam huwa t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u governanza tajba, speċjalment fil-ġlieda ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment